MINN REĠIMI MUSULMANI LAJKI GĦAL REĠIMI KLERIKALI?
Suppost – l-istess bħal f'Malta fl-1919 – il-prezz u l-iskarsezza tal-ħobż kienu l-kawża tar-rewwixti li faqqgħu fl-Afrika ta' Fuq, imma aktar ma dawn ir-rewwixti qed jixterrdu bħall-bċejjeċ tal-logħba tad-domino, aktar bdiet tinstema' l-għajta għal-libertà l-ewwel u fuq kollox. Għax dawn il-pajjizi huma kollha reġimi awtoritarji u, b'kumbinazzjoni ta' ispirazzjoni Soċjalista, xellugija li "xorbu" mir-reġimi tal-Unjoni Sovjetika, u li għalhekk kienu mfissda ferm ukoll mix-xellugin fil-Punent.Din x'aktarx kienet ir-raġuni li dawn tal-aħħar qajla kienu jikkritikaw il-fatt li dawn kienu reġimi, anzi kienu jilqgħuhom fi ħdanhom bħal aħwa, bħal fil-każ tal-partit tad-dittatur Tuneżin Ben Ali li kien saħansitra membru sħiħ fl-Internazzjonali Soċjalista, minn fejn tkeċċa biss WARA li faqqgħu l-irvelijiet hemmhekk, u hu u martu kellhom jaħarbu mill-pajjiż, b'kemm setgħu ikaxkru magħhom deheb u rikkezzi li ġemmgħu fi 30 sena minn fuq dahar il-poplu (ara l-post tat-22 ta' Jannar).
Dan il-fsid kompla anki meta ikkrollat l-Unjoni Sovjetika, iżda r-raġuni issa saret il-ħarsien mit-theddida tat-terroriżmu Islamiku fundamentalista.
Imma sfortunatament issa qed naraw li din it-theddida tista' ssir realtà.
Veru li reġimi bħal dawk ta' Ben Ali u Mubarak kienu qed iservu ta' brejk għat-tixird tal-ultrafundametaliżmu Islamiku li ftit irid biex jinbidel f'terroriżmu Ġiħadista. B'daqshekk, iżda, kienu reġimi tajbin? Dażgur li le.
L-eks president Amerikan George W. Bush kien jafu sew dan u f'diskors tlett snin biss wara l-attakk ta' 9/11 kien lissen dawn il-preċiżi kelmiet:
Are the peoples of the Middle East somehow beyond the reach of liberty? Are millions of men and women and children condemned by history or culture to live in despotism? Are they alone never to know freedom and never even have a choice in the matter?
For decades, free nations tolerated oppression in the Middle East for the sake of stability. In practice, this approach brought little stability and much oppression, so I have changed this policy.
For decades, free nations tolerated oppression in the Middle East for the sake of stability. In practice, this approach brought little stability and much oppression, so I have changed this policy.
Some who call themselves realists question whether the spread of democracy in the Middle East should be any concern of ours. But the realists in this case have lost contact with a fundamental reality: America has always been less secure when freedom is in retreat; America is always more secure when freedom is on the march.
This conflict will take many turns, with setbacks on the course to victory. Through it all, our confidence comes from one unshakable belief: We believe in Ronald Reagan’s words that “the future belongs to the free.”
Kliem tad-deheb li llum għadu validu daqs, jew aktar minn dakinhar.
Imma kemm verament temmen fih l-amministrazzjoni preżenti ta' Obama, u kemm hi lesta, l-Amerika, flimkien mal-Unjoni Ewropea, tgħin u tiggwida lill-popli f'rewwixta biex ma jispiċċawx jimitaw lill-Palestinjani li ħames snin ilu tellgħu fil-gvern lit-terroristi fundamentalisti tal-Ħamas, li l-iskop tagħhom huwa li jwaqqfu reġim klerikali bħal dak tal-Iran?
Sakemm qed nikteb Obama illimita ruħu filli jappella għall-moderazzjoni miż-żewġ naħat. Bħal dak li qallu poplu mhux armat jinsisti għad-demokrazija jistgħu jitpoġġew fl-istess livell ta' apparat statali brutali ripressiv!
Għallinqas l-Unjoni Ewropea ma llimitatx ruħha fil-kliem biss u, fil-każ ta' Tuneż diġà wiegħdet l-appoġġ politiku u tekniku għal transizzjoni demokratika fil-pajjiż, speċjalment fl-organizazzjoni u ż-żamma tal-elezzjoni.
Jekk huwa veru li, kif ingħad, li l-Fratellanza Musulmana għandha l-ikbar ċans li tirbah f'każ ta' elezzjoni, allura hemm ħafna xi jsir qabel issir elezzjoni. Fil-Fratellanza infatti għad hemm elementi qawwija li jemmnu fir-restawrazzjoni tax-Xarija u fl-użu tal-vjolenza, tal-Ġiħad biex jitwaqqaf stat klerikali! Infatti bħala skop ewlieni tal-Fratellanza għad hemm imniżżel dan:
"It-twaqqif mill-ġdid tal-kalifat u d-dar tal-Islam". Stat Islamiku mmexxi strettament fuq il-Koran.

No comments:
Post a Comment