KLASSI KONTRA nuqqas ta' "KIRJANZA"
F'dawn il-jiem fl-Istati Uniti tal-Amerika hemm polemika taħraq dwar kif iqattgħu l-Milied il-Presidenti mal-famiji tagħhom. Dan għax dan il-Milied Barak Obama reġà mar għat-tieni sena għall-vaganzi ta' ħmistax il-jum fil-Hawaii, bi spiża fenomenali u rekord ta' AKTAR MINN MILJUN U NOFS DOLLARU!
Daqshekk ġie kkalkulat li laħqet l-ispiża totali meta tgħodd kemm se jiswa' il-vjaġġ (Miljun Dollaru) ta' 4,700 mil bogħod mill-White House fuq l-ajruplan presidenzjali Air Force One, dak ta' martu Michelle li marret qablu u li sewa' lill-poplu $63,000; $251,000 f'sahra tal-pulizija; $134,000 oħra għall-akkomodazzjoni f'lukanda lussuża b'$400 kuljum; $16,800 għal dik ta' 24 aġenti sigrieti u Navy Seals f'beach front, u $10,000 oħra għas-servizz ta' ambulanza lokali biex takkumpanja lill-motorcade ta' 10 karrozzi li takkumpanja lil Obama.
Hawn mhumiex ikkalkulati spejjeż oħra għall-ikel ta' l-istaff, kiri ta' karrozzi mill-istess staff, u tal-ivvjaġġar tal-aġenti sigrieti li marru minn qabel fil-Hawaii biex jippjanaw il-vaganza tal-President u l-familja tiegħu!
Kelliemi għall-White House ipprova jiġġustifika din il-ħela billi qal li l-ispiża ma kenitx differenti minn dik ta' presidenti preċedenti.
"Skond għal liema presidenti kien qed jirreferi l-kelliem?", staqsew osservaturi li akkumpanjaw il-kummenti tagħhom bil-pubbiċità t'hawn fuq, u li m'għandhix bżonn aktar kummenti.
Jiena nżied biss li l-aġir ta' Obama ma jistax jitqies għajr bħala wieħed insensittiv f'dawn iż-żminijiet ta' kriżi finanzjarja/ekonomika, mhux fl-Amerika biss – b'nuqqas totali ta' "kirjanza", bħalma kont nisma' lil nannti tgħid. Rozz, li huwa l-aktar aġġettiv qrib il-kelma "crass" użata hawn fl-istess ritratt – meta tqies l-appelli spissi tal-istess Obama lill-poplu, biex kulħadd jagħmel is-sagrifiċċji għall-ġid nazzjonali ..."kulħadd" minbarra hu u l-familja tiegħu, ikkummentaw l-istess osservaturi!
No comments:
Post a Comment