INDUNAW WARA 30 SENA ... LI KIEN DITTATUR!
Din il-ġimgħa fil-Parlament Ewropew qamet polemika taħraq wara li faqqgħet il-kriżi fit-Tuneżija li spiċċat bil-mexxej awtoritarju Ben Ali ikollu jaħrab mill-pajjiż. Dan wara li għaqdiet għad-drittijiet tal-bniedem u x-Xellugin bdew jikkritkaw lill-gvernijiet taċ-ĊentruLemin talli kellhom relazzjonijiet mal-President Tuneżin.Martin Schultz, Kap tas-Soċjalisti fil- Parlament Ewropew |
Martin Schultz, il-mexxej tas-Soċjalisti fil-parlament Ewropew qal li "kultant insibu li membri tal-familja tagħna li ma ħaqqhomx ikunu, u dan ikun xokk kbir għalina. Iżda dawn keċċejnihom illum mill-Internazzjonali Soċjalista. Huwa kollu minnu, però, li l-RCD kien membru".
Bħalma kkummenta kelliemi għall-Partit Popolari Ewropew (PPE) is-Soċjalisti jidhru li "indunaw biss issa, f'dawn l-aħħar jumejn, li Ben Ali huwa bniedem ħażin."
"Tajjeb li keċċewhom, imma din il-konverżjoni kienet waħda tardiva. L-RCD kien ilu membru għexiren ta' snin. Kien ilhom brothers in arms (compagni d'armi) għal dawn l-aħħar 30 sena!"
"Ħarsa lura lejn l-laqgħat kbar li kellhom bejnithom, tara li kien hemm sħubija sħiħa mal-partit Tuneżin tul dawn is-snin kollha."
Anki l-kandidat li jinsab fuq quddiem biex jirbaħ in-nominazzjoni tal-Partit Soċjalista Franċiż għall-elezzjoni tal-President tar-Repubblika fl-2012, Dominique Strauss-Kahn, jinsab taħt kritika qawwija għall-appoġġ fit-tul tiegħu lir-reġim xellugi li iku jaħkem lit-Tuneżija mill-1987 b'elezzjonijiet-farsa li fihom hu dejjem kiseb 'l fuq minn 90% tal-voti!
F'Novembru tal-2008 Kahn appella lill-pajjiżi qed jiżviluppaw biex jadottaw l-mudell ekonomiku u politiku Tuneżin! Meta ltaqa' mal-gvernatur tal-bank ċentrali tal-pajjiż kien qal li "id-diskussjonijiet li kellna jikkonfermaw li naqsmu l-istess ideat dwar is-suċċessi tat-Tuneżija u l-isfidi ewlenin għall-ġejjieni. It-Tuneżija qed tagħmel progress impressjonanti fil-programm tar-riformi u l-prospetti jippromettu".
Ben Ali dakinnhar kien onora lil Strauss-Kahn bl-Ordni tar-Repubblika Tuneżina, l-aktar ġieħ għoli tal-pajjiż!
Sadanittant s-sitwazzjoni fit-Tuneżija tidher li qed tikkalma, iżda l-periklu issa huwa li japprofittaw mis-sitwazzjoni inċerta l-fundamentalisti Islamiċi, al-Qajda fuq quddiemnett.
Infatti tlett jiem qabel Ben Ali dabbar rasu, il-kap ta' din l-għaqda terroristika fil-Maghreb Islamiku, Abu Musaab Abdul Wadud qed ixewwex lit-Tuneżini biex itajru lil "farawni" Ali, li "poġġewh fil-poter il-kruċjati, u biex jingaġġaw lill-uliedhom fl-al-Qajda "għall-battalja finali kontra l-Lhud, il-Kruċjati u l-ispjuni tagħhom."
It-tama bħalissa hija fil-Ġeneral Rachid Ammar li Ben Ali kien neħħih minn kap tal-Istat Maġġur tal-Qawwiet Armati meta rrifjuta li jordna lis-suldati jisparaw fuq il-folla tipprotesta. Il-poplu jikkunsidrah eroj, u fuq il-Facebook tfaċċat paġna bl-isem ta' "Rachid Ammar President".
Importanti li, kif appella l-kelliem tal-Grupp tal-PPE għall-Affarijiet Barranin l-Ispanjol Josè Ignacio Salafranca, l-Unjoni Ewropea tappoġġja u tgħin lit-Tuneżija fil-proċess lejn id-demokrazija bl-ewwel passi se jkunu l-elezzjonijiet parlamentari u għall-President fi żmien xahrejn.
Hu staqsa kemm jaqbel għall-istabbilità li l-UE tgħin biex jinżamm li status quo f'pajjiżi li mhumiex demokraziji sħaħ, b'riferenza għall-ftehim ta' kooperazzjoni li kien ġie ffirmat f'Lulju tas-sena l-oħra bejn il-Grupp PPE tal-Parlament Ewropew u l-RCD ta' Ben Ali. Zball tattiku bla wisq ħsieb.
No comments:
Post a Comment