ISSA QED JISSERVEW UKOLL BIL-VATIKAN!
Il-Prim Ministru Berlusconi waqt laqgħa riċenti mas-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, il-Kardinal Tarcisio Bertone |
Qed nirreferi għall-oppożizzjoni fl-Italja, iżda mhux biss. Hemm ukoll media preġudikata (anki 'reliġjuża', bħar-rivista Famiglia Cristiana - ara hawn taħt) u parti mill-maġistratura politiċizzata.
Ma felħux ma jistrumentalizzawx anki kummenti tal-Kardinal Tarcisio Beretone, Segretarju tal-Istat tal-Vatikan,u wara mill-Papa.
Dawn appellaw għal "aktar moralità, ġustizzja u legalità minn kulħadd, u l-aktar minn dawk li għandhom responsabbiltà pubblika fi kwalunkwe struttura amministrattiva, politika u ġudizzjarja".
Bħalma qed taraw appelli ġenerali li ma jirreferu għal ħadd partikulari la fil-politiika u lanqas fil-qrati.
Iżda l-armata anti-Berlusconi xorta waħda dawru l-appelli tal-Vatikan bħala kritika lill-Prim Ministru Taljan, u s-solita media, inkluża dik lokali, rrepetew bħall-pappagalli, dan il-qerq, u komplew żejnuh billi ħawruh mal-allegazzjonijiet li qed isiru dwar parties privati fir-residenzi ta' Berlusconi.
ATTENTI MILL-FAMIGLIA CRISTIANA !
Ir-rivista ta' kull ġimgħa maħruġa mis-Società Paolina Famiglia Cristiana tagħlaq 80 sena s-sena d-dieħla. Għal ħafna minn dawn is-snin kienet rivista rispettata ferm għall-familja kollha li kienet titqassam b'xejn fil-parroċċi. Iżda anki meta bdiet tinbiegħ baqgħet popolari ferm. Iżda minn meta 12-il sena ilu ħadha f'idejh Don Antonio Sciortino u nagħtat dehra ġdida bdiet sejra lura għax saret dejjem aktar politiċċizzata.Spiċċat ukoll tlaqqat għadd ta' libelli. Għaliex?
Għax għal xi raġuni l-editur ma jitlifx okkażjoni biex jikkritika u jattakka lill-Prim Ministru Taljan Berlusconi. Dan wassal biex minn 640,000 koppja li kienet tbiegħ sa' ħames snin ilu issa waslet għal 490,000, tnaqqis ta' 150,000, u dan qed jinkwieta bis-sħiħ lill-Editrice San Paolo.
Aktar u aktar meta r-rivista qed tieħu l-fama ta' l'Unità (l-organu tal-Komunisti Taljani) oħra. Saret, infatti, tagħmel parti mill-istampa xellugija li tattakka lil 'berlusconiżmu' fuq kollox u għal kollox.
Jattakkah mhux aktar fuq prinċipji u ideali, iżda bi qlajjiet, suspetti u tfiegħ ta' tajn.
Nofs ir-rivista kull ġimgħa qed tkun dedikata lill-"ħsara" li qed jagħmel il-"mostru ta' Arcore" (il-villa tal-Prim Ministru).
Dawn huma ftit mit-titli fir-rivista f'dawn l-aħħar sentejn:
"La costituzione dimezzata"; "Un Paese senza leader"; "Berlusconi al tramonto"; "Berlusconi è malato e fuori controllo";"Premier in declino per sette lettori su dieci' (mhux bilfors jekk jemmnu f'kollox lir-rivista!) u tant oħrajn.
Xi ngħidu mbagħad għall-kontenut: lingwaġġ li joxxilla bejn l-kalunja u l-vulgari. Jekk Berlusconi jieħu interess personali fil-problema tal-iskart f'Napoli allura jsir "il-kennies". Jekk il-gvern tiegħu 'jarma biex jikkontrolla l-klandestini jqabbluh "mal-atroċitajiet tan-Nażisti kontra t-tfal", minħabba din it-tixbiħa don Sciortino spiċċa mħarrek mill-Ministri Roberto Maroni.
Jekk is-suldati jintbagħtu jagħmlu r-rondi mal-pulizija fit-toroq tal-Campania allura l-Italja "tinstab fl-intrata tad-dittatorjati Sudamerikani". Jekk jiddefendi l-liġi Alfano (dwar l-amministrazzjoni tal-liġi) mill-attakki ta' imħallfin politiċizzatii? Allura huwa "arroganti u qed iħejji r-ritorn għall-faxxiżmu". Tistħajlek qed tisma' lil Di Pietro li però dak mhuwix qassis. Jekk Fini jitlewwem ma' Berlusconi, allura tal-ewwel huwa l-vittma u l-ieħor it-tirann.
Insomma jekk nibqà sejjer ma nispiċċa qatt. Qed ngħid dan kollu, biex min għadu jixtri u jaqra din ir-rivista għax forsi jħossu dmiru jgħin u jinforma ruħu mill-istampa reliġjuża ma jitqarraqx aktar.
No comments:
Post a Comment