BERLUSCONI JERĠÀ IKABBAR IL-MAĠĠORANZA
Bi 305 voti favur u 285 kontra l-lejla l-gvern ĊentruLemini Taljan kabbar il-maġġoranza għal 20 deputat wara li f'Diċembru, kontra kull stennija u xewqa ta' uħud, kien għeleb vot ta' sfiduċja.Il-votazzjoni kienet fuq relazione tal-Ministru tal-Ġustizzja Alfano, dwar l-amministrazzjoni tal-ġustizzja.
Ivvutaw kontra l-oppożizzjoni tal-Partito Democratico u l-partit ta' DiPietro, kif ukoll l-hekk imsejjaħ Terzo Polo ta' Fini-Casini-Rutelli.
Il-vot favorevoli tal-lejla kien possibbli wara li twaqqaf grupp parlamentari mħallat ġdid imsejjaħ "Iniziativa Responsabile" magħmul mit-12 il-deputati tal-partit ġdid Noi Sud (li kienu telqu mill-MPA ta' Sqallija, talli dan kien vvota kontra l-amministrazzjoni taċ-Ċentru-Lemin, biex poġġa liċ-Ċentru-Xellug fit-tmexxija tal-gżira, kontra r-rieda tal-votanti Siċiljani), u oħrajn li telqu minn diversi partiti bħal dak ta' Fini, Rutelli u ta' DiPietro, b'kollox 21 deputat li, bħalma qal Alfano, jiggarantixxu lil-gvern jibqà sejjer sa' tmiem il-leġislatura.
VIDEOMESSAĠĠ IEĦOR...
Sadattant, ftit ilu xxandar videomessaġġ ieħor li l-Prim Ministru Taljan li bagħat lill-grupp ta' attivisti tiegħu msejħa "Promotori della Libertà", li matulu, filwaqt li wera kif bil-vot tal-lejla l-gvern tac-CentroDestra ssaħħaħ, ħabbar li fikwaqt li lest, anzi jixtieq jidher malajr kemm jista' jkun malajr fil-Qorti ħalli dan il-każ ifittex jingħalaq, u hu jun jistà jkompli fuq xogħlu, ma kienx beħsiebu jidher quddiem it-Tribunale ta' Milan fi tmiem-il ġimgħa, għax dak m'għandux kompetenza dwar il-każ, filwaqt li nkiser dak li tgħid il-Kostituzzjoni Taljana f'każ ta' stħarriġ li fih jkun imdaħħal il-Prim Ministru.Naturalment tkellem fit-tul dwar kemm inkisru liġijiet f'din l-inkjesta dwaru u dwar dak li seħħ fil-villa privata tiegħu f'Arcore tul sena sħiħa, u li fihom kien hemm impenjati mhux inqas minn 150 pulizjott.
Il-messaġġ sħiħ tistgħu tarawh hawn taħt:
u taqrawh hawnhekk:
RUBY: "QATT MA KELLI X'NAQSAM MAL-PRIM MINISTRU"
Tard il-lejla wkoll, iż-żeffien Marokkina tgħix fl-Italja, li tant issemmiet dan l-aħħar, Karima el Mahroug, jew Ruby, ċaħdet li qatt kellha x'taqsam mal-Prim Ministru Taljan, "veru tani 7000 Ewro, iżda qatt ma missni". Tiftakar ukoll li meta ppreżentat ruħha lil Berlusconi – li kien wara biss li saret taf li kien il-Prim Ministru – gidbitlu li kellha filwaqt li kompliet tgħid li "Assolutament mhux veru li jiena għidt lil xi ħadd li tlabtu 5 miljuni".
L-intervista sartilha minn Alfonso Signorini, editur ta' Sorrisi e Canzoni u Chi, waqt il-programm ta' kull nhar ta' Erbgħa fil-11.00pm "Kalispera". Fl-aħħar tal-intervista deher il-boyfriend magħha wkoll.
No comments:
Post a Comment