RIŻULTAT IMĦAWWAD U GVERN INĊERT
Bħalma kien mistenni l-elezzjoni bikrija li saret il-Ħadd li għadda wara li l-gvern ta' qabel kien waqqa' lilu nnifsu (post tat-12 ta' Diċembru) tat riżultat imħawwad u inċertezza dwar x'forma se jieħu l-gvern. Dak ta' qabel xejn ma kien wieħed omoġenju b'koalizzjoni bejn l-ikbar partit, dak ĊentruXellugi, il-Partit Demokratiku (PDK), dak taċ-ĊentruLemin, Lega Demokratika (LDK) u tal-minoranza Serba, Liberali tal-Kosovo (SLS).Riżultati preliminari juru li filwaqt li dawn iż-żewġ partiti prattikament baqgħu fejn kienu, dak liberali tas-Serbi (SLS) minn tlieta x'aktarx jispiċċa b'14-il siġġu, u diffiċli jiġi ffurmat gvern mingħajru.
Dan għax sorpriża oħra ta' din l-elezzjoni kienet li minn imkien tfaċċa fil-parlament il-moviment nazzjonalista Vetecendosje (Awtodeterminazzjoni) -LV, ta' Albin Kurt, li jrid l-awtonomija totali mis-Serbja biex jgħaqqad lil Kosovo mal-Albanija. Dan kiseb 12.2%, u x'aktarx ikollu 14-il siġġu wkoll fil-parlament Kosavari, ta' 120 siġġu.
Mela b'hekk għandna lill-minoranza Serba li, kontra d-direttiva tal-gvern Serb li riedhom jibbojkottjawha, marru jivvutaw bi ħġarhom u b'hekk it-turnout mill-aħħar elezzjoni żdied bi kważi 8%, u minn naħa l-oħra parti sostanzjali mill-maġġornanza Albaniża fil-Kosovo taw il-ġenb lill-partiti tradizzjonali biex kabbru partit li jrid jgħaqqad il-Kosovo mill-ġdid mal-Albanija, bħalma kienet meta l-Jugoslvja kienet maħkuma mill-Komunista Tito.
Mal-partit ta' Kurt kemm il-PDK kif ukoll l-LDK ma jridux ikollhom x'jaqsmu.
Għalhekk li issa biex jerġa jgħaqqad gvern l-PDK tal-Prim Ministru Thaci jeħtieġ l-appoġġ ta' żewġ partiti oħra, x'aktarx ikollu jdur fuq l-Alleanza Ġdida tal-Kosovo (AKR) , l-Liberali Serbi u partit ieħor, żgħir, Serb. Koalizzjoni oħra xejn omoġenja ĊentruXellugija-leminija.
Il-ħasra hija li l-partiti taċ-Ċentru u tal-Lemin (LDK, AAK, AKR u LDD), bejnithom reġgħu kisbu il-maġġoranza tal-voti, 44.8% u, jekk issa nżiedu wkoll lin-Nazzjonalista Vetecendosje-LV, saħansitra 57% !
Iżda meta se jitgħallmu dawn li fl-għaqda hemm is-saħħa?
THACI AKKUŻAT BI TRAFFIKAR TA' ORGANI UMANI U DROGA
Sadattant din il-ġimgħa rapport ta' investigazzjoni mill-Kunsill tal-Ewropa jakkuża lill-Prim Ministru Thaci li kien jittraffika f'organi umani u droga wara li fl-1999 intemmet il-gwerra tal-Armata tal-Liberazzjoni tal-Kosovo (UCK) kontra l-president Jugoslav Milosevic.Dak iż-żmien Thaci kien il-kmandant tal-grupp gwerrillier Albaniż, iżda hu qed jiċħad li kellu x'jaqsam ma' dak it-traffikar.
No comments:
Post a Comment