IL-GVERN TAĊ-ĊENTRU LEMIN JIKSEB IL-FIDUĊJA FIS-SENAT
B'maġġoranza komda ta' 162 favur u 135 kontra l-gvern taċ-Ċentru-Lemin nofs siegħa ilu kiseb il-fiduċja fis-Senat. Maġġoranza saħansitra ikbar milli mistennija.B'sorpriża id-deputati fil-partit Futuro e Libertà (imwaqqaf mill-eks alleat fil-Popolo della Libertà u fil-gvern, li-Speaker tal-Camera dei Deputati Gianfranco Fini) minflok ivvutaw kontra, astjenew. Anki kieku vvutaw kontra l-gvern kien xorta waħda jikseb il-fiduċja.
Issa jmiss il-votazzjoni fuq mozzjoni ta' sfiduċja mressqa mill-oppożizzjoni fil-Camera dei Deputati, li r-riżultat tagħha huwa inċert, u mistenni jkun magħruf għal ħabta tas-sagħtejn ta' wara nofsinhar.
No comments:
Post a Comment