60 SENA MILL-MEWT TA' ENRICO MIZZI
Parti biss mill-folla enormi (b'uħud kellhom jitilgħu fuq it-tiġrif tat-Teatru Rjal) li nġabret fit-toroq tal-Belt Valletta għall-funeral statali tal-Prim Ministru u Patrijott Kbir Malti li kien miet bħal nhar it-Tnejn 20 ta' Diċembru, tal-1950.
Sadattant għada l-Ħadd fil-Berġja ta' Kastilja fis-6 ta' filgħaxija se ssir Ċelebrazzjoni Kommemorattiva organizzata mill-Fondazzjoni Fortunato u Enrico Mizzi.
Waqt is-serata, li se tkun taħt il-patroċinju tal-Prim Ministru Dott. Lawrence Gonzi, se jsir diskorsi dwar Enrico Mizzi mill-Imħallef Dott. Giovanni Bonello, mill-Professur tal-Filosofija Dun Peter Serracino Inglott, u wara Dott. Philip Farrugia-Randon jaqra siltiet minn diskorsi ta' ġieħ lil Enrico Mizzi li kienu saru minn personalitaijiet distinti Maltin.
Dott. Lawrence Gonzi itemm b'diskors tal-okkażjoni.
Wara d-diskorsi tinfetah wirja ta' dokumenti uniċi marbuta ma' Fortunato u Enrico Mizzi.
Kulħadd jista' jattendi.
No comments:
Post a Comment