GĦAL BRUSSELS IL-MILIED MA JEŻISTIX!

Id-djarju għas-sena li ġejja hu maħsub bħala rigal tal-Kummissjoni lill-istudenti u jinkludi 51 paġna ta' tagħrif fuq karta tleqq dwar l-Unjoni, iżda l-Insara jinsabu rrabjati għax fis-sezzjoni tal-25 ta' Diċembru m'hemm l-ebda indikazzjoni li jiġi ċelebrat il-Milied fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea, u meta dik Nisranija hija r-reliġjon tal-maġġoranza assoluta tal-Ewropej!
Dan filwaqt li, għal kuntrarju, bħalma bdejt ngħid, jissemmew festi ta' reliġjonijiet oħra, u wkoll anniversarji ewlenin tal-UE.
Johanna Touzel, kelliema għall-Kummissjoni Kattolika tal-Isqfijiet fil-Komunità Ewropea, sejħet dan in-nuqqas tal-festi Nsara bħala sorprendenti u li jbellħek. "Il-Milied u l-Għid huma festi importanti għal mijiet ta' miljuni ta' Insara u Ewropej. Hija ommissjoni stramba u nittama li ma saritx apposta", iddikjarat Touzel.
Martin Callahan, il-kap tal-Konservattivi Ingliżi fil-Grupp ĊentruLemini tal-Konservattivi u Riformisti fil-Parlament Ewropew (KRE) akkuża lill-Kummissjoni li aktar kien moħħha f'rigali ta' propaganda liż-żgħażagħ milli fl-ispirtu veru tal-Milied".

Din hija soluzzjoni li ħafna qisuha bħala waħda ta' "lagħqiżmu", filwaqt li oħrajn raw fiha attentat aktar serju mill-mażunerija dinjija jew il-Marxisti globali biex jedukaw jew aħjar jindotrinaw liż-żgħar fil-prinċipji tal-"mondjalizzazzjoni" areliġjuża (mhux neċessarjament atea), u li l-UE hija l-antiċipu tagħha.
Ta' min infakkar li mit-Trattat ta' Lisbona kienu tħallew barra l-għeruq reliġjużi taċ-ċiviltà Ewropea, rikonoxxuti saħansitra minn min hu ateu, u li dan l-aħħar gruppi Kattoliċi ta' lobbying u anki membri parlamentari tal-Partit Popolari Ewropew (PPE) ilmentaw mal-Kummissjoni talli fil-kartolina tal-Milied għal din is-sena kien hemm miktub biss "Awguri tal-Istaġun", mingħajr ebda riferenza għall-Kristjaneżimu.
Nittamaw biss li dan kollu hu frott biss ta' political correctness mifhum ħażin, jekk mhux estrem.
No comments:
Post a Comment