Is-Sibt, 22 ta’ Ottubru 2011

Persekuzzjoni Politika fl-Ukrajna (3)

L-OPPOŻIZZJONI TRID ELEZZJONI BIKRIJA
Wieħed mill-mexxejja tal-Partit "Patrija" tal-kap tal-Oppożizzjoni Julia Timoshenko ħabbar il-bieraħ li se jressaq mozzjoni biex il-parlament tal-Ukrajna jiġi xolt u jsiru elezzjonijiet qabel iż-żmien.
Is-sit ta' Timoshenko http://www.tymoshenko.ua/en  ħabbar li waqt konferenza stampa Oleksandr Turchynov sostna li skond il-kostituzzjoni il-parlament jistà jxolji lilu nnifsu, filwaqt li qal li l-Ukrajna m'għandhix bżonn parlament li jobdi ordnijiet illegali, jissekonda persekuzzjoni politika, jeqred il-futur ekonomiku u soċjali taċ-ċittadini, u mhux kapaċi jieħu deċiżjonijiet kontra l-kriżi.
"Kull ġurnata li dawn jibqgħu fil-poter hija perikoluża wisq għall-pajjiżna. Jiena ċert li filwaqt li din il-mozzjoni tagħna mhix se tiġi appoġġjata mill-maġġoranza favur il-President tar-Repubblika Yanoukovich fil-parlament, se ssib l-appoġġ sħiħ tal-poplu Ukren, u li dan mhux se jonqos milli jkabbar il-pressjoni fuq l-istess parlament."
Sadattant, fiwaqt li d-difiża tal-eks prim Ministru Timoshenko lestiet l-appell mis-sentenza ta' seba snin ħabs kontriha, l-Unjoni Ewropea pposponiet żjara li Yanukovich kellu jagħmel fi Brussels nhar il-Ħamis li għadda, b'kelliem għall-Kummissarju tal-Politika Barranija tal-UE Ashton, qal li din id-deċiżjoni ttieħdet biex Yanukovich u r-reġim tiegħu jirrealizzaw li "jeħtiġilhom jagħmlu progress biex jiżguraw li fl-Ukrajna ssaltan il-liġi (rule of law) u l-indipendenza tal-ġudikatura."
L-Unjoni Ewropea diġà għamlitha ċara li tqies is-sentenza kontra Timoshenko bħala motivata politikament biex teqred mix-xena politika l-ikbar avversarju ta' Yanukovich, u li dan se jkollu implikazzjonijiet serji fuq ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Ukrajna, inkluża l-konklużjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni li kellu jiġi ffirmat sal-aħħar tas-sena.
Is-sentenza ġabet reazzjoni negattiva mhux biss mill-UE u l-Punent, iżda saħansitra mir-Russja, meqjusa bħala alleata ta' Yanukovich.
Għal tagħrif sħiħ dwar dan il-ġuri-farsa ta' Timoshenko ara l-posts tiegħi tat-8 u l-11 ta' Ottubru, u dan il-video, li nħadem qabel ma nagħtat is-sentenza fil-11 tax-xahar:
THE TRIAL OF YULIA TYMOSHENKO. THE TRUE STORY

No comments:

Post a Comment

Wider Two Column Modification courtesy of The Blogger Guide