It-Tlieta, 11 ta’ Ottubru 2011

Persekuzzjoni Politika fl-Ukrajna (2)

TIMOSHENKO KKUNDANNATA SEBA' SNIN ĦABS
Julia Timoshenko eskortata llum barra l-awla fost protesti
qawwija ta' partitarji tagħha
Il-Kap tal-Oppożizzjoni fl-Ukrajna Julia Timoshenko illum instabet ħatja li abbużat mill-poter tagħha meta kienet Prim Ministru ffirmat ftehim dwar il-gass mir-Russja, u ġiet kundannata seba' snin ħabs.
Barra minhekk  hi trid tħallas $186 Miljun li ntqal li tilfet kumpanija parastatali bil-ftehim, u ma tistax tieħu sehem fil-politika għal tlett snin, biex b'hekk ma tkunx tuista' tieħu sehem fl-elezzjonijiet tas-sena d-dieħla jdew tikkontesta għall-President tar-Repubblika.
Infatti kemm l-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Istati Uniti kkundannaw mill-ewwel din is-sentenza u l-ġuri bħala motivati politikament biex il-President attwali Yanukovich jeħles minn avversarju politiku.
Timoshenko se tappella mis-sentenza, u tressaq il-każ tagħha quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet Umani.
Malli nqrat is-sentenza kemm fil-qorti kif ukoll barra kien hemm proitesti qawwija u għajjat ta' "Misskom Tistħu!", u t-toroq tal-madwar f'Kiev jinsabu mgħassa minn pulizija u suldati kontra l-irvellijiet fost tensjoni kbira.

No comments:

Post a Comment

Wider Two Column Modification courtesy of The Blogger Guide