Il-Ġimgħa, 21 ta’ Ottubru 2011

I T - T M I E M  T A'  T I R A N N
Ħadd issa ma fadallu l-iċken dubju li d-dittatur-tirann Muammar Gaddafi mejjet. Hawn jidher il-kadavru tiegħu f'kamra-freezer fil-belt ta' Miżrata (ritratt), sakemm għada suppost li għandu jindifen bir-ritwali kollha Musulmani, mhux bħall-eluf li r-reġim tiegħu qatel tul 42 sena u li ħadd ma kien ikun jaf x'sar minnhom.
Li għadu mhux ċar huwa kif inqatel, ħaġa li sinċerament, personalment qajla jinteressani, u ma nifhimx l-għaġeb kollu li qed isir dwar dan. Forsi kien ikun aħjar li għadda ġuri bħal ma għamlu lil Saddam Hussejn tal-Irak.  Imma issa li hemm hemm.
Il-Ħadd il-Kunsill Transitiorju Nazzjonali se jiċċelebra uffiċjalment il-ħelsien tal-Libja mill-ħakma ta' Gaddafi u r-reġim tiegħu, u wara l-festi trid tibda l-biċċa xogħol iebsa tal-bini mill-ġdid ta' Libja demokratika u liberali, ħalli la t-tribù u lanqas l-estremisti Islamiċi ma jingħataw ċans jisfrattaw u jġibu fix-xejn dak li kisbu b'demmhom mal-50,000 Libjan. Nistennew u nittamaw.  

No comments:

Post a Comment

Wider Two Column Modification courtesy of The Blogger Guide