KONFERMA GĦALL-GVERN ĊENTRU-LEMINI
Il-Prim Ministru Donald Tusk ma' martu jifirħu bir-riżultat tal-elezzjoni |
Riżultati mhux uffiċjali qed jagħtu lill-PO 39.6% tal-voti li jissarfu f'212-il siġġu fil-parlament ta' 460. Il-Partit Popolari Polakk (PSL) li jinsab f'koalizzjoni fil-gvern kiseb 8.2% u 27 siġġu. B'hekk il-gvern mistenni jkollu maġġoranza ta' 239 siġġu, kważi eżatt daqskemm kellu qabel.
L-agħar li mar kien l-partit Alleanza Demokratika tax-Xellug (SLD) li naqqas il-voti minn 13.2% għal 7.7%, perikolożament lejn il-minimu ta' 5% biex partit ikun rappreżentat fil-parlament. Minn 53 siġġu spiċċa bi 23 biss, telf ta' 30 siġġu.
Jidher ċar li din it-telfa kienet kawżata minn partit ġdid antiklerikali, il-Moviment ta' Palikota (RP), imwaqqaf Janusz Palikot li telaq mill-partit ta' Tusk għax ried li l-PO ikun aktar liberali. Dan ġabar 10% tal-voti u mistenni jkollu 39 siġġu, u mistenni jappoġġja xi miżuri ekonomiċi tal-gvern Ċentru-Lemini.
Tusk mexxa b'suċċess il-Polonja matul il-kriżi finanzjarja tal-2008-09, u fil-fatt kien l-uniku pajjiżi Ewropew li m'għaddiex minn riċessjoni. Hu wiegħed li se jkompli fit-triq tar-riformi ekonomiċi.
Il-partit l-ieħor fil-parlament se jkun l-lemini Partit tal-Liġi u l-Ġustizzja (PiS) li kiseb 30% u 158 siġġu.
No comments:
Post a Comment