L-Erbgħa, 19 ta’ Ottubru 2011

Il-Ħelsien ta' Suldat Lhudi

M'GĦANDUX ISIR NEGOZJAR MAT-TERRORISTI
Palestinjani tal-Ħamas f'Gaża jiċċelebraw il-ħelsien ta'
mijiet ta' priġunieri Palestinjani minn Iżrael il-bieraħ
bħala tpartit għall-ħelsien ta' suldat wieħed Lhudi
Il-bieraħ id-dinja kollha rat lil suldati ta' Iżrael jifirħu flimkien mal-ġenituri u l-ħbieb tas-suldat Lhudi Ġilad Shalit li nħeles mill-Ħamas wara ħames snin li ħatfuh. Imma rajna wkoll lil dawn tal-aħħar jifirħu ...u kellhom tassew għalxix: għal suldat wieħed li nqabad mhux waqt ġlied iżda waqt li qed jgħasses il-fruntera ta' pajjiżu, sw jkunu nħelsu 1,027 Palestinjan, 477 minnhom li kienu kundannati wara li nstabu ħatja ta' atti terroristiċi.
Dan se jinkuraġixxi lit-terroristi tal-Ħamas u oħrajn jerġgħu jaħtfu ostaġġi oħra, anki mhux suldati, barra l-fatt li issa dawk it-terroristi meħlusa se jkunu jistgħu ikomplu bl-aġir tagħhom mhux biss kontra Lhud, iżda kontra nies ċivili fid-dinja kollha.
Dan in-negozjar mat-terroristi li jpoġġi l-ħajja ta' bniedem wieħed fuq l-interess ta' nazzjon u ta' poplu sħiħ għalija huwa tradiment tal-patrija u l-prinċipji ta' demokrazija, libertà u s-saltna tad-dritt (rule of law).
Tal-mistħija, u l-mexxejja Iżraelijani  misshom jafu aħjar. Iżda din mhux l-ewwel darba li l-politikanti Lhud abbandunaw il-prinċipji u s-sens komun għall-benefiċċji temporanji. Infatti ilhom jagħmlu dan mill-1982, u hu kalkulat li mal-10,000 Palestinjan inħelsu.

No comments:

Post a Comment

Wider Two Column Modification courtesy of The Blogger Guide