IL-ĠENITURI TA' OBEIDI JGIDDBU LIR-REĠIM
Il-ġenituri ta' Eman al-Obeidi li nhar is-Sibt ma tħallitx tirrakkonta lill-ġurnalisti barranin magħluqa f'lukanda fi Tripli kif kienet ġiet stuprata minn suldati tar-reġim ta' Gaddafi, u reġġħet ġiet arrestata (mingħajr mhux magħruf fejn tinstab u x'sar minnha) giddbu dak li qal kelliem għar-reġim, Mussad Ibraħim, dwarha u dwarhom.Aisha Aħmed, omm Iman, iddikjarat li għalihom binthom hija eroj. "Jiena kburija biha", qalet, waqt li ddeskriviet lil bintha bħala studenta fil-liġi fi Tripli.
Dimostrazzjoni favur Iman al-Obeidi f'Bengażi |
Il-familja ta' Eman, li jgħixu f'Tobruk, giddbu dawn l-akkużi, u missierha Atiq Saleħ al-Obeidi qal li l-awtoritajiet kienu ċemplulhom fit-3 ta' filgħodu biex jinsistu magħhom li jikkonvinċu lill-binthom li jekk tirtira dak li qalet, kienu se jagħtuha ħafna flus u dar ġdida.
Naturalment il-familja tagħha m'aċċettawx u Eman, li għandha 26 sena, qaltilhom li tippreferi tmut milli tigdeb dwar dak li sofriet.
Sadattant dawn ma setgħux jikkonfermaw jekk huwiex veru li, dak li qal Ibraħim, li Eman kienet inħelset u li qiegħda għand oħtha fi Tripli.
No comments:
Post a Comment