JIRRIFJUTAW IL-WAQFIEN MILL-ĠLIED OFFRUT MILL-OPPOŻIZZJONI
Bħalma ħafna basru r-reġim ta' Gaddafi l-lejla m'aċċettax il-kundizzjonijiet imressqa mill-Kunsill Transitorju Libjan f'Bengażi biex jiġi fis-seħħ waqfien tal-ġlied.Il-kundizzjonijiet kienu li jieqfu immedjatamwnt l-attakki fuq il-poplu, il-qawwiet armati ta' Gaddafi u l-merċenarji jirtiraw minn u madwar il-bliet okkupati minnhom fil-Punent tal-pajjiż, u jkun hemm libertà ta' espressjoni fihom, u Gaddafi jwarrab.
Il-kelliem tar-reġim Musa Ibraħim qal li "huma qed jitolbuna nirtiraw mill-bliet li huma tagħna ...Jekk dan mhux ġenn ma nafx x'jistà ikun. M'aħniex se nitilqu mill-bliet tagħna."
Sadanittant fil-kamp tal-ġlieda għal-ħelsien jidher li l-oppożiżżjoni qed torganizza ruħha aħjar, billi issa qed imexxu l-operazzjonijiet militari uffiċjali u suldati li telqu mill-armata ta' Gaddafi taħt il-kmand ta' Abdel Fattah Yunis, eks Ministru tal-Intern, u l-ewwel ħaġa li għamlu dawn kien li waqqfu checkpoints fit-toroq li jagħtu għall-bliet tal-punent f'idejn t-truppi u merċenarji ta' Gaddafi.
Minn hemm mhux qed jitħallew jgħddu ġellieda tal-oppożizzjoni mhux armati u ġurnalisti.
Dan biex ma jfixklux lis-suldati regolari fl-operazzjonijiket tagħhom biex jirbħu lura l-bliet li l-oppożizzjoni kienet rebħet ftit jiem ilu. Barra minhekk anki l-qawwiet tal-ajru tal-Alleati jkunilhom aktar faċli jidentifikaw u jattakkaw lit-truppi u l-armamenti ta' Gaddafi li qed jokkupaw, jassedjaw u jattakkaw lill-popli, ċivili f'dawk il-bliet.
Jidher, infatti, li qed ikun hemm aktar koordinazzjoni mhux biss bejn it-truppi u l-ġellieda għall-ħelsien, imma anki bejj dawn u l-qawwiet Alleati. Nittamaw.
No comments:
Post a Comment