Il-Ħadd, 3 ta’ April 2011

MA NINSEWX LIL EMAN AL-OBEIDI
Ritratt li juri ċar ir-riżultat fuq wiċċu tal-vjolenza li
sofriet meta kienet arrestata u stuprata 
Għaddiet ġimgħa minn meta Eman al-Obeidi ma tħallitx bil-forza tgħid lill-ġurnalisti barranin magħluqa f'lukanda fi Tripli dak li għaddiet minnu meta ġiet stuprata minn 15-il suldat ta' Gaddafi.
Minn dakinhar ma smajna xejn aktar minnha u għad mhux magħruf eżatt fejn tinstab, għalkemm x'aktarx żgur li tinsab arrestata.
Il-bieraħ filgħodu tħabbar li hi kellha tidher fuq it-televiżjoni ni tal-istat, ta' Gaddafi f'intervista. Minflok al-Libja TV wera filmat ta' madwar kwarta li matulu tinstema' dik li hu maħsub li kienet dik ta' Eman qed tiġi interrogata f'għassa tal-pulizija fil-preżenza ta' oħtha.
Dan l-uffiċjali ried jikkonvinċiha – u, evidentement ma rnrexxielux – biex tmur l-isptar ħalli jsirilha r-rape test, u biex tiġi intervistata mit-televiżjoni tal-istat. Eman però, ma riditx għax tibżà li jżommuha hemmhekk.
Ir-recording deher ovvju li kien maħsub biex jiskredita lil Eman u jixħet dubji dwar l-akkużi tagħha kontra l-pulizija.
Minbarra li fit-tmiem tal-filmat, in-newscaster dan urietu biċ-ċar b'diskors dwar kif "anki prostituta għandu jkollha ċertu sens ta' patrijottiżmu"!
Sadattant ir-reġim kien ħabbar li l-pulizija qed tinvestiga ħamsa minn dawk li Obeidi qalet li abbużaw minnha, li wieħed minnhom huwa iben uffiċjali għoli tal-istess reġim, l-investigazzjoni qed tiltaqà ma' diffikultà għax, qed jgħidu,  Obeidi ma tridx tagħmel l-eżami mediku meħtieġ.
Barra minhekk il-kelliem tal-gvern Ibraħim ikkonferma li dawn il-ħames pulizjotti qed iħarrku lil Obeidi għax, fi kliem Ibraħim, "hija offiża gravi li takkuża lil xi ħadd b'delitt sesswali"!
Sadattat f'intervista li taw il-ġenituri ta' Eman lill-BBC , dawn reġgħu iddefendew lil binthom u ddikjaraw li huma kburin biha. L-intervista tistgħu tarawha hawnhekk http://bbc.in/eVzMdO .
Bħalissa fuq l-internet għaddejjin kampanji favur Eman al-Obeidi, fosthom kampanja għall-ħelsien tagħha fuq Facebook li – jekk bħali temmu li għall-kuraġġ li qed turi Obeidi, ta' min iqabbilha ma' dak iż-żagħżugħ Ċiniż li kien sfida t-tankijiet tar-reġim Komunista fi Pjazza Tinanem fiċ-Ċina – inħeġġiġkom tissottoskrivu billi tittikkjaw "I Like It" hawnhekk:

No comments:

Post a Comment

Wider Two Column Modification courtesy of The Blogger Guide