F'VOT SIGRIET MITLUB MINN DI PIETRO
6 MILL-OPPOŻIZZJONI JIVVUTAW MAL-GVERN
Din il-ġimgħa fil-Parlament Taljan ġiet diskussa liġi li tpoġġi limiti dwar kemm jistgħu jitwalu l-kawżi fil-qrati, imsejħa "Processo Breve". L-oppożizzjoni, fis-solita fissassazzjoni li kull liġi li jressaq il-gvern jiġu mfassla biex jaqdu lill-Prim Ministru Silvio Berlusconi, wettqu oppożizzjoni, filibustering qawwi, tant li s-seduti baqgħu sejrin l-lejl kollu, fejn il-kelliema tal-oppożizzjioni tul il-biċċa l-kbira tal-ħin bdew sempliċiment jaqraw siltiet mill-kostituzzjoni.
Dan minbarra ruxxmata emendi li kienu nafu li ma kienux se jgħaddu, iżda fost dawn kien hemm waħda mressqa mill-Italia dei Valori ta' Di Pietro, u li għaliha talbu li l-votazzjoni fuq l-emenda ssir b'mod sigriet.
It-tama kienet li xi deputat tan-naħa tal-gvern jispiċċa jivvota mal-oppożizzjoni.
Ġara, iżda ġara proprju l-kontra għax sitt deputati mill-oppożizzjoni vvutaw kontra l-emenda mressqa minn Di Pietro, jiġifieri favur il-gvern taċ-CentruLemin!
Dan ifisser illi kieku d-deputati fl-oppożizzjoni ma jkunux mġiegħla jivvutaw skond id-dixxiplina tal-partiti, dawn jivvutaw skond il-kuxjenza, skond is-sewwa, kif suppost isir f'demokrazija parlamentari u mhux f'partitokrazija.
Intant l-liġi għaddiet bi 314 favur u 288 kontra, maġġoranza ta' 26 vot fil-Camera dei Deputati.
Il-ġimgħa d-dieħla l-liġi titressaq għall-approvazzjoni tas-Senat ukoll, fejn il-gvern għandu maġġoranza komda.
AZZJONI DIXXIPLINARI KONTRA L-PROCURA TA' MILAN
Sadattant is-Senaturi tal-gvern fil-Popolo della Libertà illum ħabbru li talbu lill-Ministru tal-Ġustizzja Angelinio Alfano biex jikkunsidra huwiex il-każ li jinvestiga l-aġir tal-imħallfin fil-Procura ta' Milan fil-każ hekk imsejjaħ "Ruby", sabiex, jekk jinstab li nkisret il-kostituzzjoni, jitteħdu l-miżuri dixxiplinari xierqa.
Is-senaturi qed isostnu li kien hemm ksur ta' dak li tgħid il-kostituzzjoni fejn jidħlu l-garanziji għall-parlamentari, b'mod partikulari f'dak li jirrigwardja lill-Prim Ministru Berlusconi.
Dan l-aktar għall-mod kif dan ġie mixli, u t-tieni l-użu tal-interċettazzjonijiet tat-telefonati u l-pubbikazzjoni tagħhom fil-media, bi ksur ta' Artiklu 68 tal-kostituzzjoni.
IS-SUĊĊESSUR TA' BERLUSCONI
Dewar ir-rapporti li dehru fil-media li Berlusconi nnoimina lill-Ministru tal-Ġustizzja Angelino Alfano bħala suċċessur tiegħu, kemm-il darba jiddeċiedi li ma jibqax imexxi l-Popolo della Libertà, l-Prim Ministru ċċara li hu qatt ma nnomina lil xi ħadd suċċessur tiegħu.
Kull ma gġamel kien li qal li Alfano huwa bniedem kapaċi, iżda minħabba li l-PdL huwa partit demokratiku, fuq il-futur tiegħu jiddeċiedi l-partit.
"Ikun il-massimu li jiena, minbarra dak kollu li jaqilgħu dwari, nieħu wkoll it-tort, ir-responsabbiltà fuq min jieħu posti warajja," ikkummenta Berlusconi jidħak, waqt laqgħa tal-maġġoranza.
No comments:
Post a Comment