Eman al-Obeidi tirrakkonta kollox
Uffiċjal tal-Ministeru tal-Informazzjoni ta' Gaddafi jipprova jaħtaf lil Obeidi (lemin) biex ma tilħaqx tkellem lill-ġurnalisti barranin fis-26 ta' Marzu li għadda |
Hi rrakkuntat kif wara li ġiet miżmuma minn suldati tra' Gaddafi f'check-point wara li dawn raw li kienet minn Bengażi lilha u lil mara oħra ħaduhom f'bini mwarrab, f'kamra kbira fejn kien hemm numru kbir ta' suldati. Jiena bdejt nirreżistihom u għalhekk huma rabbtulha jdejha u riġlejha ma' xulxin.
Dawn bdew jixorbu l-ħin kollu, u ma damux ma dari fuqhom, bi swat anki bis-sieq.
Kienu jiġu tlieta tlieta u jistuprawni ripetutatment, l-aktar dak li kien jikkmandahom u li jiena għaraftu bħala iben ministru tal-gvern, kien l-aktar wieħed brutali".
Anki lill-mara l-oħra stupra, iżda din ma rreżistitx u għalhekk ma rabbtuhix."
Dan baqa' għaddej għal jumejn u fit-tielet jum, hekk kif s-suldati tant kienu xorbu li raqqdu, hi kkonvinċit lill-mara l-oħra tħollha, iżda din beżgħat taħrab magħha.
Obeidi tgeżwret bi tvalja u bid-demm nieżel ħarġet minn tieqa u, b'biċċa ħadida li sabet erħitilha lejn il-bieb mgħasses minn xi għassiesa Afrikani li bdiet twerżaq biex iħalluha tgħaddi.
"Dawn, ixxukkjati u mbellħin jaraw mara għarwiena mdemma, mgeżwra biss fi tvalja, xagħrha kollha mħabbla u xxejjer ħadida, fetħuli r-rixtellu elettriku, u jiena ġrejt il-barra".
Barra sabnet l-għajnuna minn nies f'dawk l-inħawi, li tawha xi ħwejjeġ u flus għal taxi, li qalet lix-xufier biex iwassalha fil-lukanda tal-ġurnalisti barranin.
Obeidi kompliet tgħid li r-reġim irid jaħbi u jnessi dak li ġralha. Hi marret għand il-prosekutur, iżda ħadd għadu ma ressaq xi akkużi kontra dawk li sawwtuha u abbużaw minnha vjolentement. Lanqas biss marru jfittxu fid-dar fejn kienu nżammet. Hi qalet li anki l-istess avukati tagħha tawh pariri biex tbiddel l-istorja tagħha, iżda hi se tibqà ssostni l-verità.
L-unika ħaġa li trid issa hiu li tkun tistà tmur d-dar mal-familja tagħha fil-lvant tal-pajjiż, iżda r-reġim mhux qed iħalliha tivvjaġġa."Irrid il-familja tiegħi. Irrid l-libertà."
No comments:
Post a Comment