JITOLBU LIN-NAZZJONIIET UNITI TIMPONI N-NO-FLY ZONE
|
Il-mexxejja tal-pajjiżi fil-Lega Għarbija
waqt il-konferenza stampa tal-lum |
Żvilupp ieħor importanti fil-kamp internazzjonali favur il-ħelsien tal-poplu Libjan biex ifittex jeħles mir-reġim ta' Gaddafi: il-biċċa l-kbira tal-pajjiżi Għarab illum qablu li filwaqt li ddikjaraw li Gaddafi tilef is-sovranità u qed jirrikonoxxu l-Kunsill Nazzjonali Transitorju Temporanju f'Bengażi, kważi b'sorpriża qablu wkoll li jitolbu lin-Nazzjonijiet Uniti jfittxu jimponu n-No-Fly Zone fuq il-qawwa tal-Ajru Libjana, biex joħolqu żoni ta' ħarsien fuq l-aktar postijiet vulnerabbli għall-attakki fuq il-popolazzjoini u l-ġellieda għall-ħelsien Libjani.
Din hija dikjarazzjoni importanti wara li l-bieraħ l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti nsistew dwar l-importanza tal-approvazzoni tal-pajjiżi Għarab u Afrikani, qabel il-Kunsill tas-Sigurtà jivvota favur li jimponi n-No-Fly Zone, permezz tal-pajjiżi fin-Nato u, preferibbilment anki ta' pajjiżi Għarab, sabiex jipproteġu liċ-ċivili mill-attakki tal-qawwiet ta' Gaddafi.
No comments:
Post a Comment