MERĊENARJI IRANJANI KONTRA L-POPLU SIRJAN
Hekk kif din il-ġimgħa għaddiet sena minn meta sena l-poplu Sirjan beda jipprotesta kontra r-reġim awtoritarju ta' Baxar al-Assad, bil-pulizija u l-armata tispara bl-adooċċ fuq id-dimostranti bil-vittmi stmati li jersqu qrib is-7000, b'madwar 400 minnhom tfal.Minkejja l-appelli li sarulu mid-dinja kollha, Assad baqa' jinjorahom u jisfidahom, u bdew jaslu rapporti li l-gvern kien qed jimpjega anki eks-ħabsin biex jispjunaw, iwaqqfu r-rewwixti u anki joqltu. Dawn kienu qed jitħallsu €20 kuljum!
Jekk dan ma kienx biżżejjed l-Armata Ħielsa tas-Sirja din il-ġimgħa qalet li qabdet ħames Iranjani li nstab li huma suldati regolari, anzi tal-Gwardja tar-Rivoluzzjoni speċjali tar-reġim l-ieħor ġirien tal-Iran, minn fejn Assad ġabhom apposta biex jgħinuh jeqred ir-rewwixta, għax probabbli ma bediex jafda li s-suldati se jkomplu jobdu l-ordnijiet biex joqltu lill-istess nieshom – l-istess bħalma kien jagħmel Gaddafi meta wkoll kien beda jġib il-merċenarji kontra l-poplu tiegħu.
Iżda filwaqt li Gaddafi ma kienx iħabbel rasu jiċħad dan, mill-Iran ċaħdu dan l-indħil fir-Sirjan u qalu li l-ħames Iranjani li jidhru f'filmat li xandret l-Armata Ħielsa Sirjana kienu biss inġiniera Iranjani li nħatfu mir-ribelli Sirjani.
Il-filmat juri ħamest irġiel lebsin l-istess bl-iswed b'azzarin Russu minn dawk li jużaw l-armata Sirjana, mingħajr warajhom, b'wieħed minnhom jammetti li daħlu fis-Sirja f'Ottubru u f'dati oħra biex mjgħinu lis-servizz sigriet Sirjan iwaqqfu lid-dimostranti u jammetti li soaraw u qatlu nies ċivili, anki nisa u tfal, fuq ordnijiet mis-servizz sigriet tal-qawwa tal-ajru Sirjana u direttament mill-Ajjatollaħ Kamenej tal-Iran.
Sa' mill-ewwel xahar tal-protesti bdew joħorġu rapporti li l-alleati ta' Assad fil-Libanu u l-Iran kienu qed jibgħatu nies u suldati biex jgħinuh biex ikisser id-dimostrazzjonijiet bil-forza.
Dan għax dawk ir-reġimi wkoll ma jridu li jinbidel xejn fir-reġjun, għax inkella l-popli tagħhom jitħajru!
Prova oħra ta' dan ħarġu biha l-militari Iżraeljani meta osservaw li f'filmati tar-repressjoni bdew jidhru militari bid-daqna, meta s-suldati Sirjani huma projbiti milli jħallu d-daqna tikber.
Għalhrkk il-poplu Sirjan ma jistax jitħalla waħdu jiġġieled u jinqatel anki minn qawwiet barranin, u filwaqt li veru li dejjem qed jikbru s-sanzjonijiet kontra r-reġim ta' Assad, forsi wasal iż-żmien ta' intervent aktar dirett mill-komunità internazzjonali, bħalma sar fil-Libja.
Dan hu l-filmat kif intwera fuq l-istazzjon Aljazeera:
No comments:
Post a Comment