MHUX SE JITĦALLEW JIVVUTAW FIL-BELT TAL-MASSAKRI
Ikompli t-tnaqqir tal-libertà fil-Każakstan, u wara li l-pulizija u l-qawwiet tas-sigurtà qatlu 16-il persuna u ferew mal-100 ħaddiema li kienu qed jipprotestaw fil-belt ta' Żanawzen, u wara li hemmhekk ġie dikjarat stat ta' emerġenza, f'dik il-belt ġiet ukoll sospiża l-elezzjoni u b'hekk mal-50,000 elettur tilfu d-dritt tal-vot, li bi probabbiltà kbira kienu se jkunu fil-maġġoranza kontra l-partit tal-President awtoritarjru Nażarbajev, li ilu jaħkem il-pajjiż Ċentru-Asjatiku sa' minn żmien l-era Sovjetika fl-1989, u wara l-1991, b'elezzjonijiet xejn fier (Ara wkoll l-posts tas-17 u t-23 ta' Diċembru).Rakjat Alijev waqt l-intervista f'Malta |
Alijev wara kien intbagħat fl-Awstrja bħala viċi Ambaxxatur, u wara bdew jasluilu diversi akkużi ta' frodi, komplotti kontra l-istat u anki fi qtil doppju. Il-gvern Awstrjak irrifjuta t-talba ta' estradizzjoni minn Nażarbajev għax ħass li fil-Każakstan ma kienx hemm garanzjij biżżejjed ta' ġuri fier.
Jidher li minn hemm Alijev ġie jgħix malta ma' martu Awstrjaka, fejn issemma f'xi medja lokali, u deher ukoll f'intervista fuq stazzjon televiżżiv privat K-Plus fit-23 ta' Novembru, bħalma jixhed r-ritratt.
Alijev ippubblika wkoll ktieb dwar ir-reġim ta' Nażarbajev bl-isem ta' "The Godfather-In-Law" li, naturalment ma jistax jinbiegħ jew jinqara fil-Każakstan.
No comments:
Post a Comment