ATTAKK TERRORISTIKU ISLAMIKU GRAVI B'505 VITTMI
Jekk hawn min jaħseb li l-gwerra kontra t-terroriżmu bdiet wara l-attakk u fuq it-Twin Towers fl-2001, qed jitqarraq. Qabel dak l-attakk terroristiku Islamiku vili li ħalla mat-3000 vittma innoċenti, dawk it-terroristi kien ilhom iwettqu attentati, u proprju llum 23 ta' Ottubru jaħbat it-28 anniversarju mill-attakk fuq l-Ajruport Internazzjonali ta' Bejrut fil-Libanu li kien ħalla 505 vittma bi kważi mija oħra feruti.Żewġ trakkijiet mgħobbija b'5400 kilogramma splussiv instaqu b'ħeffa kbira minn żewġ terroristi suwiċida fuq bini ta' għadd ta' barracks li fihom kien hemm għadd kbir ta' suldati Amerikani u Franċiżi, li kienu jagħmlu parti mill-Qawwa Multinazzjonali għall-Paċi fil-Libanu, li kienet intbagħtet hemm biex tissorvelja l-irtirar tal-PLO minn hemmhekk, wara li kienet faqqgħet il-Gwerra Ċivili Libaniża
Minbarra 241 militari Amerikan u 58 Franċiż kien hemm ukoll sitt ċivili mal-vittmi.
Il-Ġiħad Islamika kienet ħadet ir-responsabbiltà tal-attakk, iżda mill-ewwel ingħad li dak kien biss isem ieħor għall-Ħiżbollah, mgħejjunin mir-Repubblika Islamika tal-Iran.
Dan kien l-iktar attakk serju sa' dak iż-żmien, kontra l-Amerikani barra pajjiżhom minn wara t-Tieni Gwerra Dinjija.
No comments:
Post a Comment