ROMNEY JIRBAĦ BIL-ĦNIENA FL-ISTAT TIEGĦU
Mitt Romney u Rick Santorum |
Barra minhekk qed jiġi kalkukat li bħala delegati hawn se jispiċċaw bl-istess numru.
Romney rebaħ ukoll fl-istat ta' Arizona fejn hemm rebaħ b'47% kontra s-27% ta' Santorum
B'hekk Romney s'issa rebaħ f'sitt stati u Santorum f'erba'.
Imma t-tellieqa bejn Romney u Santorum għal min minnhom se jisfida lil Barak Obama għad fadlilha biex tintemm, għax filwaqt li Romney s'issa kiseb 163 delegat u Santorum 83, biex kandidat jiżgura ruħu minn nominazzjoni fil-Konvenzjoni f'Tampa fis-Sajf jrid jikseb l-appoġġ ta' mill-inqas 1144-il delegat.
Importanti ħafna, għalkemm mhux bilfors deċiziv, imma indikattiv, huma l-elezzjonijiet li se jsiru nhar it-Tlieta li ġejjin 6 ta' Marzu magħrufa bħala Super Tuesday, għax dawn isiru f'madwar 20 stat fejn iridu jintrebħu 419-il delegat, fosthom fi stati kbar importanti bħal Ohio u Georgia.
LEJN IT-TIENI ROUND FL-ELEZZJONI FIS-SENEGAL
Abdulaje Wade u Macky Sall |
Wade safa' umiljat minħabba li ma kisibx il-50% u fuqhom tal-voti biex jevita t-tieni round. Infatti filwaqt li hu ġab biss 34.82% tal-voti, l-eks prim ministru Macky Sall kiseb 26.57%, skond riżultati provviżorji pubblikati l-lejla mill-Kummissjoni Elettorali.
Sall kien tneħħa mill-kariga minn Wade fl-2008 wara li kellu xi jgħid miegħu, u waqqaf partit ġdid, l-Alleanza għar-Repubblika (APR), u miegħu kienu ngħaqdu oħrajn li telqu mill-partit ta' Wade.
Sall jidher li għandu ċans sabih li jegħleb lil Wade fit-tieni round, li mistenni jsir għal nofs Marzu, minħabba li, skond ftehim li għamlu qabel l-elezzjoni, il-partiti l-oħra kollha tal-oppożizzjoni issa se jappoġġaw lil Sall.
No comments:
Post a Comment