SARKOZY INAQQAS ID-DIFFERENZA BEJNU U BEJN HOLLANDE
Jum biss wara d-diskors tiegħu tal-bieraħ waqt rally għall-partitarji f'Masrseilles, Nicolas Sarkozy irnexxielu jċekken id-distakk kbir li kellu dan l-aħħar fl-istħarriġ tal-opinjoni pubblika li ġieli qabeż l-20 punt bejnu u bejn ir-rivali Soċjalista għall-presidenza Francois Hollande.Infatti poll li sar dalgħodu minn OpinionWay għall-ġurnal Le Figaro juri li Hollande qed jgħaddi lil Sarkozy b'żewġ punti biss.
Hollande jidher li għandu 29% favurih, filwaqt li Sarkozy issa jinsab b'27%.
Warajhom hemm il-kandidata Leminija tal-Front Nazzjonali, Marine Le Pen (bint Jean-Marie) li naqset 1.5% għal 16.5% ta' dawk li beħsibhom jivvutaw, filwaqt li l-appoġġ għaċ-Ċentrista Francois Bayrou għandu stabbli bi 13%.
Dan ifisser li l-ebda kandidat ma jidher li se jikseb il-51% fl-ewwel rawnd fit-22 ta' April.
B'hekk ħafna se jkun jiddependi lil min se jagħżlu fit-tieni rawnd bejn Sarkozy u Hollande, dawk li s'issa jidher li fl-ewwel rawnd se jivvutaw liż-żewġ kandidati taċ-Ċentru u tal-Lemin.
No comments:
Post a Comment