IR-REĠIM JOQTOL U JFERI MIJIET KBAR ... U R-RUSSJA U Ċ-ĊINA JIVVUTAW KONTRA SEJĦA GĦAR-RIŻENJA TA' ASSAD!
Ir-reġim ta' Assad kompla jisfida l-kundanni internazzjonali, u dal-lejl wettaq massakru sħiħ kontra l-poplu ta' Homs u bliet oħra fejn hu kkalkulat li nqatlu mat-350 ruħ, inklużi nisa u tfal, u l-fuq minn 500 oħra sfaw feruti.Il-qawwiet militari tar-reġim bdew jibbumbardjaw bl-addoċċ u f'kull direzzjoni l-belt ta' Homs, kif ukoll Idlib, u Damasku, flimkien ma' Zabadani u Madaja, bl-appoġġ ta' ħelikopters, u anki bombi bl-imsiemer, hekk kif diversi bini deher jaqbad.
Minkejja dan illum ir-Russja u ċ-Ċina ivvutaw kontra riżoluzzjoni fil-Kunsill tas-Sigurtà tan -Nazzjonijiet Uniti bħala appoġġ għall-pjan ta' paċi fis-Sirja tal-Lega Għarbija li jsejjaħ għar-riżenja tal-President Baxar Assad.
Hawnhekk qed inxandar filmat li jistà ikun xokkanti għal xi wħud minnkom, iżda nħoss li għandha tingħata idea viżwali ta' dak li għaddej minnu poplu li qed jiġġieled għal-libertà. Il-filmat (li hemm oħrajn aktar imdemma minnu) juri mejtin, jew qed imutu, kif ukoll feruti, f'moskea li serviet ta' sptar temporanju f'Kalidija, f'Homs.
No comments:
Post a Comment