IMMA DAWN BIS-SERJETÀ ?!!!
Mhux qed nirreferi għall-elezzjoni li se ssir xahar ieħor għall-parlament Iranjan u li kollox qed jistenna l-poplu minbarra serjetà sabiex ir-reġim tal-Ajatollah Kamenej u Aħmadinaġed jibqża jaħkem b'mod assolut.Minflok il-bieraħ laqtuni filmati u ritratti ta' ċerimonji li saru f'Tehran biex jitfakkar it-33 anniversarju minn meta l-mexxej tar-rivoluzzjoni Islamika tal-1979 l-Ajatollaħ Komejni kien irritorna mill-eżilju f'Pariġi.
Xi ħadd fir-reġim ħareġ bl-idea brillanti' li jagħmel xbiha tal-kartun ta' sitt piedi ta' Komejni, li wara li żewġ suldati lebsin gala niżżluha minn ajruplan, u mmarċjaw biha għas-salut ta' reġiment gala wkoll!
Minn hemm x-xbiha ttiħdet biċ-ċerimoinji kollha f'sala fejn ministri u uffiċjali għolja tar-reġim kokka mdawrin mal-istess xbiha tal-kartun jisimgħu diskorsi tiegħu u jsallu!
Dan mhux biss wassal għal żufjettar mill-kritiċi tar-reħim li għamlu xalata b'karikaturi animati u mpinġija, imma kritika ħarxa mill-media favur ir-reġim li qisu din il-farsa bħala "in bad taste", u lill-ministri talli marru jippużaw għar-ritratti ma' xbiha fuq il-kartun. Il-karnival, insomma, ġie kmieni fl-Iran!
Sadanittant, fuq nota aktar serja, ir-reġim Iranjan din il-ġimgħa kompla bl-arresti ta' impjegati fil-media u bloggers bl-iskop li jillimita l-libertà ta' espressjoni aktar ma tersaq l-elezzjoni tat-3 ta' Marzu. Dan minkejja kundanni u appelli mill-UN Human Rights Committee f'Novembru li għadda.
No comments:
Post a Comment