Il-Ġimgħa, 2 ta’ Diċembru 2011

INstabilità fl-Italja (3)

WARRAB BERLUSCONI U MA SAR L-EBDA MIRAKLU

Kemm kienu jgħidu li l-Prim Ministru Berlusconi kien jaħti għal kull gwaj li kienet qed tiffaċċja l-Italja (minn ta' quddiem il-kriżi ekonomika), u li malli jwarrab hu, l-Italja u t-Taljani jieħdu r-ruħ. Xahar ilu Berlusconi rriżenja, iżda s'issa ma sar l-ebda miraklu.
Is-swieq kienu fl-allert u hekk għadhom, il-Borża baqgħet tilgħab, li Spread (i.e. id-differenza bejn l-interessi li tħallas l-Italja fuq id-dejn u dak li tħallas il-Ġermanja) baqa' jikber, u r-riċessjoni tinsab wara l-kantuniera.
Issa li s-sitwazzjoni iddeġenerat diversi kelliema, anki rivali kbar tiegħu qed jibdew jammettu li Berlusconi ma kienx responsabbli għall-kriżi, li ma kienx hu l-problema.
Id-direttur tal-Bank Ċentrali Ewropew Mario Draghi ammetta li t-tibdil fit-tmexxija ta' xi gvernijiet (Italja u Greċja) għadhom ma taw l-ebda riżultat pożittiv.
Saħansitra l-ikbar għadu ta' Berlusconi fil-Partit Demokratiku, Rosy Bindi, waqt il-programm ferm kritiku kontra Berlusconi, Ballarò (RaiTre), fl-aħħar kellha tammetti li, veru, kienu ħafna dawk, inkluża hi stess, li kienu jgħidu li jekk jirriżenja Berlusconi li-Spread, per eżempju, kienet tinżel bejn 200 u 300 punt, u issa din baqħet tilgħab madwar il-500!
Mill-banda l-oħra il-Ministru ġdid fil-gvern tekniku ta'  Monti, Corrado Passera, iddikjara li "L-Italja qed tissogra li tidħol f'riċessjoni għal raġunijiet barra mill-Italja".
Mela la Berlusconi u lanqas il-Ministru tiegħu Tremonti, ma kienu responsabbli għall-kriżi!

No comments:

Post a Comment

Wider Two Column Modification courtesy of The Blogger Guide