IRRESTAWRA PAJJIŻU U
GĦEN BIEX SALVA D-DINJA
Illum jaħbat il-100 Anniversarju mit-twelid tal-mibki Ronald Reagan li kien twieled fis-6 ta' Frar, 1911 (u miet fil-5 ta' Ġunju 2004).L-40 President tal-Istati Uniti (1981-89) kien Repubblikan veru, magħruf għall-anti-Komuniżmu ferventi tiegħu, l-istil personali tiegħu, karatterizzat minn karattru affabbli u ferrieħi li jsaħħrek.
Kellu ħila kbira bħala oratur, tant li kienu jsejħulu "il-Komunikatur Kbir". Il-politika tiegħu ikkontribwit għall-waqgħa tal-Komuiżmu.
"Kellu l-kuraġġ tal-konvinzjoni", kif qal l-eks President George E. Bush, "is-saħħa li tiġi minn karattru sod, il-grazzja li tiġi mill-umiltà, u l-umoriżmu li jiġi mill-għerf. Ħalla warajh nazzjon li rrestawra u dinja li għen biex salva.
"Maltul is-snin tal-President Reagan, l-Amerika warrbet era ta' firda u dubji. U grazzi għat-tmexxija tiegħu , id-dinja warrbet era ta' biżà u tirannija." kompla Bush.
No comments:
Post a Comment