MILL-KESĦA TA' KOPENĦAGEN GĦAX-XEMX TA' KANKUN!
Illum f’Kankun fil-Messiku jibda summit ieħor tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) fejn matul l-għaxart ijiem li ġejjin delegati minn ’l fuq minn 200 pajjiż mid-dinja kollha – b’kollox madwar 15,000 ruħ meta tgħodd rappreżentanti ta’ NGO’s u ġurnalisti – se jippruvaw jilħqu ftehim daqsxejn aktar sostanzjali minn dak li ħareġ sena ilu mill-aħħar summit fallut f'Kopenħagen li kellu jwassal għall-qbil dwar protokoll ieħor wara dak fallut ta’ Kjoto li jintemm fl-2012.
Fir-realtà dawn diġà jafu li l-istess se jerġà jiġri din is-sena, u apparti li se jerġgħu jikkawżaw għexiren ta' eluf ta' emissjonijiet ta' CO2, dan se jkun biss summit ieħor inutli biex kollox jiġi pospost b'sena oħra għas-summit tal-2011 fl-Afrika t'Isfel.
Dan għax l-ewwelnett il-pajjiżi żviluppati ma wettqux l-impenji finanzjarji li kienu ntrabtu bihom proprju sena ilu f’Kopenħagen, u ma tantx jidher li se jonorawhom fil-futur. U mingħajr ftehim li jorbot dwar il-finanzi m’hemmx ftehim dwar il-klima, għax huma l-flus li hawn jinteressaw l-aktar.
L-hekk imsejjaħ Copenhagen Accord ħalla lil kull pajjiż jiddeċiedi hu b’kemm inaqqas l-ħruġ ta’ gassijiet serra (CO2), iżda dan la kien realment jorbot u lanqas kien hemm mekkaniżmu ta’ kontroll u infurzar.

Ftit jiem qabel Kopenħagen is-sena l-oħra kien faqqa’ l-iskandlu Climategate, li kompla nissel dubji dwar is-serjetà tax-xjenza wara t-teorija li d-dinja qed tisħon tort tal-bniedem (AGW – Anthropogenic Global Warming). Dan żgur mewwet l-entusjażmu ta’ dawk li ġenwinament kienu ġew konvinti mill-argumenti tal-ekokatastrofisti, u għalhekk, sakemm tiġi studjata verament xjentifikament din it-teorija tal-AGW, qed ibiegħdu kemm jistgħu kull ftehim li jkompli jxekkel lill-pajjiżhom b’aktar restrizzjonijiet
L-ekokatastrofisti nfatti kien irnexxilhom iġennu lill-gvernijiet biex jaċċettaw jonfqu miljuni kbar – li setgħu ntefqu f’kawżi aktar urġenti (bħall-ġuh fid-dinja) – biex suppost iwaqqfu t-tibdil fil-klima, li suppost huwa responsabbli għalih il-bniedem. Liema flus fil-fatt qed iservu l-aktar biex iħaxxnu l-bwiet ta’ dawn is-suppost esperti/studjużi, u ta’ min għandu interess ibiegħ teknoloġiji alternattivi insuffiċjenti u għolja ta’ enerġija.
Fuq l-istess karru, bħalma qed naraw f’dawn is-summits, qed jippruvaw jirkbu wkoll pajjiżi sħaħ bl-iskop li jġiegħlu lil dawk l-aktar industrjalizzati, l-aktar fil-Punent, jagħtu lilhom ukoll biljuni biex “ipattu” talli huma qed ikollhom iħallsu l-aktar prezz qares f’“danni” kawżati mill-pajjiżi industrjalizzati, għax l-aktar jaħtu għat-tibdil fil-klima!
Dan meta eluf ta’ xjenzati jsostnu li fir-realtà it-tort, jew aħjar is-sehem tal-bniedem fit-tibdil tal-klima huwa tant żgħir li huwa irrelevanti, għax dan huwa l-aktar dovut għal fenomeni naturali, bħall-effetti mix-xemx, li fuqhom il-bniedem m’għandu l-ebda kontroll.
Għalhekk lanqas il-pajjiżi l-aktar industrjalizzati ma jaħtu għaż-żjieda fit-temperatura, ħlief forsi b’mod insinfikanti, għax anki qabel l-era industrjali, it-temperatura telgħet, u anki nieżlet, skond ċikli mill-aktar naturali.

Meta tqies li l-ftit ftehim xejn sostanzjali li rnexxilhom jaslu għalihom il-pajjiżi f'Kopenħagen, allura dan xejn ma jawgura tajjeb għal dan is-summit Messikan.
Xorta waħda, però, dan kollu ma qatgħax qalb il-UNFCCC u minn Kankun se terġà tipprova toħroġ bi trattat li jorbot legalment dwar it-tibdil fil-klima.
Imma l-aqwa li dawn l-eluf li qed jaslu f'Kankun ikunu ħadu vaganza ta' kważi ġimgħatejn għax-xemx sħuna Messikana!
No comments:
Post a Comment