REBĦA OĦRA GĦAĊ-ĊENTRU-LEMIN
Tkompli tiċkin t-tebgħa l-ħamra minn fuq l-Ewropa. Kontra s-soltu tbassir dejjem akjtar żbaljat ta' qabel l-elezzjonijiet ix-Xellug, anki fir-Repubblika Ċeka l-poplu mhux talli ma fdahx biex imexxi l-pajjiż, iżda sofra telfa umiljanti oħra wara dik fir-Renju Unit xi ġimgħat ilu.Infatti l-Partit SoċjalDemokratiku Ċek (CSSD) fl-elezzjoni li saret il-bieraħ mhux talli ma żjiedx, iżda naqqas kważi 10% tal-voti li kien ġab 4 snin ilu, u tilef 18-il siġġu, sabiex it-tama li jifforma gvern billi wara 20 sena jerġà jdaħħal lill-Komunisti fil-gvern b'xorti tajba għebet għax anki l-Partit Komunista Ċek naqqas ukoll il-voti.
Minflok il-poplu ppremja ċ-Ċentru-Lemin żied bi kważi 10 fil-mija, għal 52.2% , mit-42.6% li kellhom iż-żewġ partiti taċ-ċentru-lemin, li issa saru erba'.

Necas probabbli jinħatar Prim Ministru ġdid.

Il-partit l-ieħor ġdid ċentru-lemini huwa l-"Affarijiet Pubbliċi" (VV) li b'10.9% tal-voti daħal fil-parlament Ċek għall-ewwel darba b'24 siġġu.

Is-Soċjalisti issa għandhom 56 siġġu, il-Komunisti baqgħu b'26 siġġijiet, filwaqt li l-Ħodor tilfu s-6 li kellhom, u issa reġgħu sparixxew mill-parlament, wara li kienu daħlu l-ewwel darba fl-elezzjoni tal-2006.
Dawk li marru jivvutaw f'dik ta' tmierm-il ġimgħa naqsu bi ftit inqas minn 2% għal 62.6%.
No comments:
Post a Comment