WARRBU PROVI LI D-DINJA MHIX TISĦON
L-aktar records antiki u ta min jogħqod fuqhom fid-dinja juru li m'hemmx nitfa ta' provi veri li jixhdu li d-dinja saħnet b'xi mod sinifikanti f'dawn l-aħħar 200 sena. Iżda dawn ir-records ta' raw temperatures ċinikament twarrbu mill-Global Historical Climatology Network (GHCN) tal-Arizona State University.Dawn ir-records tal-klima ilhom jinżammu fil-Klementium ta' Praga fir-Repubblika Ċeka għal dawn l-aħħar 200 sena, u huma fost l-eqdem fid-dinja wara dawk miżmuma fis-Central England Temperature Record (CET), li jmorru lura sal-1775, .
Mhux hekk biss, il-klimatoloġisti neħħew t-temperaturi oriġinali ta' Klementium ta' bejn l-1940 u l-1949 li kienu juru temperaturi għolja – u li għalhekk igiddbu li l-pjaneta qatt ma saħnet daqs illum.
Barra minhekk, mbagħad bidlu dawk tal-Klementium għas-snin ta' wara b'oħrajn li juru temperaturi aktar għolja mill-istazzjon meteoroloġiku ta' Ruzyne, minkejja li dak ta' Klementium qatt ma kien waqaf jeħodhom.
Dawn tal-aħħar jixhdu li għal dawn l-aħħar 200 sena t-temperatura fl-Ewropa ċentrali għoliet b'0.25 Gradi Ċentrigradi kull seklu, żjieda statistikament insinifikanti. Dawn huma konfermati minn dawk tas-CET ukoll.
Dan il-graff juri it-temperaturi bejn l-1880–2009: dawk oriġinali tal-Klementium ta' Praga (linji blu) u dawk "irranġati" tar-Ruyze (linji ħomor) – innutaw dawk neqsin tas-Snin 40.
Sabiex tara l-graff ikbar mur f'dan il-link:
http://www.climategate.com/wp-content/uploads/11518_1880to2010_0.jpgGħal tagħrif dettaljat dwar dan it-tbagħbis fit-temperaturi tista' tmur f'dan il-link:
http://chiefio.wordpress.com/2010/02/12/2010-thermometer-langoliers-hit-list/#comment-3406
No comments:
Post a Comment