KUNDANNA MILL-UNJONI EWROPEA
U N-NAZZJONIJIET UNITI
U N-NAZZJONIJIET UNITI
Wara li l-Kurunell Muammar Gaddafi kompla ħarrax it-tilwima personali tiegħu kontra l-Isvizzera billi ħeġġeġ lill-Musulmani kollha fid-dinja għall-"Gwerra Qaddisa" (Ġiħad) kontra dak il-pajjiż storikament newtrali, kemm l-Unjoini Ewropea kif ukoll in -Nazzjonijiet Uniti kkundannaw bl-aħrax dan it-tixwix.
Gaddafi għamel dan waqt diskors f'Bengażi fl-okkażjoni tal-anniversarju tat-twelid tal-profeta Mawmettu, fejn iddikjara li "dawk li jeqirdu l-moskej ta' Alla ħaqqhom jiġu attakkati permezz tal-ġiħad, u li kieku l-Isvizzera kienet tmiss mal-fruntieri tagġna konna nattakkawha ...il-ġiħad kontra l-Isvizzera, kontra z-Zijoniżmu, kontra l-aggressjoni barranija mhuwiex terroriżmu."
Għax, bilħaqq, hu kien qal li rrinunzja għat-terroriżmu.
Gaddafi appella wkoll għall-bojkott kontra l-Isvizzera mid-dinja Islamika. "Kull Musulman f'kull parti tad-dinja li jaħdem, jikkollabora mal-Isvizzera huwa traditur, huwa kontra Muħammed, kontra Allah u kontra l-Koran," kompla jgħid.
"Il-masses tal-Musulmani għandhom imorru fl-ajruporti kollha fid-dinja Islamika u ma jħallu l-ebda ajruplan Svizzeru jillandja, fil-portijiet kollha u ma jħallu l-ebda vapur Svizzeru jittrakka, għandhom jispezzjonaw kull ħanut u suq biex ma jħallux prodotti Svizzeri jinbiegħu."
Din il-ġlieda tipika tal-Kulunell Gaddafi mal-Isvizzera bdiet fl-2008 meta wieħed minn uliedu u martu kienu arrestati fl-Isvizzera għax allegatament immaltrattaw lis-sefturi tagħhom. Dwn wara kienu nħelsu, u l-awtoritajiet Svizzeri kienu skużaw ruħhom. Iżda dan, evidentement me kienx biżżejjed.
Il-Punent żbalja meta kien ħaseb li kien irnexxielu jimmansa lid-dittatur Libjan wara li dan min jheddu kien waqqaf il-programm nukleari tiegħu fl-2003, u qabel li jħallas kumpens għall-attakk terroristiku fuq Lockerbie.
Illum kemm l-Unjoni Ewropea kif ukoll n-Nazzjonijiet Uniti kkundannaw id-diskors ta' Gaddafi.
Ir-rappreżentanta tal-UE l-Barunessa Ashton qalet dan sar f'mument mill-aktar sfortunat meta l-UE qed tipprova tilħaq ftehim bejn l-Libja u l-Isvizzera, anki jekk din tal-aħħar mhix membru tal-UE.
Mill-banda l-oħra Sergei Ordzhonikideze, id-diretturn ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti f'Ġinevra qal li "dikjarazzjonijiet simili ta' kap ta' stat mhumiex aċċettabbli fir-relazzjonijiet internazzjonali."
Ta min ifakkar li f'Settembru li għadda Gaddafi ried iressaq mozzjoni fin-NU biex l-Izvizzera tispiċċa bħala nazzjon billi tinqasam fi tlett partijiet li jingħataw lill-Ġermanja, lil Franza u lill-Italja dawk il-partijiet tal-Izvizzera li jitkellmu bil-lingwi rispettivi tagħhom. Dik il-mozzjoni, naturalment, lanqas biss kienet ġiet aċċettata minn NU biex tiġi diskussa.
Dan l-aħħar, imbagħad, ġurnal Libjan qal li l-Isvizzera kellha lista ta' xi 100 Libjan li ma kienux se jitħallew jidħlu fil-pajjiż, u li din il-lista kienet tinkludi lill-familja ta' Gaddafi, inkluż hu stess. Dan wassal għall-arrest ta' żewġ neguzjanti Svizzeri għax skaditilhom il-viża, u wara biex Gaddafi waqqaf il-viża liċ-ċittadini kollha tal-pajjiżi tal-UE fiż-żona Schengen, li tinkludi wkoll lil Malta.
No comments:
Post a Comment