ATTENTAT TA' KOLP TA' STAT KOSTITUZZJONALI
Wara li l-bieraħ il-gvern ta' Yulia Tymoshenko, demokratikament elett mill-poplu Ukrajn tlett snin ilu, tilef vot ta' fiduċja minħabba li xi deputati tal-koalizzjoni Ċentru-leminija vvutaw favur il-mozzjoni mressqa mill-oppożizzjoni, il-blokk tagħha Patrija (BJUT) illum ħabbar li kien se jikkontesta fil-Qorti Għolja Amministrattiva abbozz ta' liġi mressaq mill-partit ta' Viktor Yanukovich, li ġimgħa ilu ħa l-ġurament ta' president tar-repubblika wara elezzjoni li l-oppożizzjoni għadha tqies bħala mbagħbsa.
L-abbozz jemenda l-proċeduri għall-formazzjoni ta' gvern, biex b'hekk Yanukovich ikun jista' iwaqqaf gvern ġdid, iżda l-blokk ta' Tymoshenko iqies din il-mossa bħala attentat ta' kolp ta' stat kostituzzjonali, għax imur kontra l-kostituzzjoni tal-Ukrajna.
Din tiddikjara li f'każ ta' gvern ta' koalizzjoni, dawn iridu jkunu koalizzjoni ta' partiti mhux deputati individwali.
Filwaqt li Tymoshenko rriżenjat minn Prim Ministru u tinsab vaganza, Yanukovich għandu żmien 30 ġurnata biex jipprova jgħaqqad koalizzjoni (inkella jkollu jsejjaħ elezzjoni bikrija).
Din però ma tantx tidher ħaġa faċli għax, skond il-kostituzzjoni, sabiex jiġi ffurmat gvern dan irid ikollu mhux biss il-maġġoranza tas-siġġijiet, iżda, jekk dan ikun magħmul minn diversi koalizzjonijiet/partiti, f'kull koalizzjoni/partit irid ikun hemm il-maġġoranza tad-deputati li lesti jivvutaw favur gvern ġdid, u mhux parti minnhom biss.
Infatti fl-Ukrajna aktar faċli jaqa' gvern milli mbagħad jiġi ffurmat wieħed ġdid differenti minn ta' qablu mingħajr ma ssir elezzjoni, u din fiha nfisha hija regola tajba. Dan għax jekk il-poplu vvota favur koalizzjonijiet li qablu minn qabel li kienu lesti jingħaqdu flimkien biex jiffurmaw gvern, mhux sew li – għax xi deputati waħdanin 'ittradew" l-wegħda li għamlu lill-eletturi tagħhom – jekk jaqa' dak il-gvern, dawn ikunu jistgħu jużaw il-vot tagħhom individwali biex jappoġġjaw gvern li l-poplu ma vvutax għalih.
Infatti l-vot ta' sfiduċja mressaq mill-oppożizzjoni qatt ma sata' jgħaddi bil-voti tagħha biss, jiġifieri tal-Partit tar-Reġjuni (ta' Yanukovich) u tal-Komunisti, għax kien jonqoshom 9 voti mill-226 fil-parlament ta' 450 deputat.
Infatti s-siġġijiet fil-parlament preżenti huma mqassma hekk:
Koalizzjoni li kienet fil-gvern sal-bieraħ:
Blokk Tymoshenko : 156 siġġu + Blokk 'Ukrajna Tagħna': 72 + Blokk Lytvyna: 20 = Total: 248
Fl-Oppożizzjoni:
Partit tar-Reġjuni (Yanukovich): 175 siġġu; Partit Komunista: 27 = Total: 202 siġġu
Kif allura l-gvern ta' Tymoshenko ġie sfiduċjat?
Bħalma ktibt dan ġara għax deputati individwali fil-koalizzjoni li ffurmat il-gvern ivvutaw kontra l-gvern.
Dawn kienu 15 mill-'Ukrajna Tagħna' tal-eks president Yushenko, 19 mill-20 tal-blokk ta' Lytvyna, u 7 mill-blokk ta' Tymoshenko.
Il-bieraħ deputat tal-blokk ta' Tymoshenko, Sobolev, allega li dawn is-seba' deputati, li hu semma' b'isimhom, 'inxtraw' mill-partit ta' Yanukovich biex jivvutaw kontra l-gvern tagħhom, min bi flus u min b'wegħdiet ta' karigi jew unuri, fosthom wieħed ta' "Eroj tal-Ukrajna".
Iżda biex issa jiġi ffurmat gvern mingħajr ma ssir elezzjoni, bħalma ktibt trid tkun maġġoranza fi blokk li tivvota favurih, u mhux uħud biss minn dak il-blokk, bħalma ġara fil-każ tal-vot ta' sfiduċja tal-Erbgħa.
Issa Yanukovich se jipprova jgħaddi liġi biex dan jinbidel, u deputati li l-poplu tella' biex jappoġġjaw gvern, ikunu jistgħu jittradixxu dak il-mandat u jivvutaw favur gvern differenti.
Jekk, infatti, Yanukovich jirnexxielu, bis-sewwa jew bid-dnewwa, jifforma gvern, "tibda era ta' tixħim, intimidazzjoni, rikatti u vjolenza – din hija lista mhux sħiħa ta' dik li tista' malajr issir r-realtà tal-politika fl-Ukrajna", qalet stqarrija tal-partit ta' Tymoshenko.
Sadattant l-istess 'Unjoni tal-Ukrajni Kollha – Patrija' (BYUT) ibbojkottja s-seduta tal-lum tal-Parlament, filwaqt li għada l-Ġimgħa se jiltaqa' il-grupp parlamentari tal-BJUT biex jiddeċiedi jibqax jattendi s-seduti.
Barra minhekk Yulia Timoshenko nhar it-Tlieta se tieħu sehem f'rally solenni maġenb il-monument ta' Taras Shevchenko f'Kiev. Shevchenko hu meqjus bħala missier il-letteratura Ukrajna moderna u l-istess lingwa Ukrajna, li fi żmien il-kżar, meta l-Ukrajna kienet maħkuma mir-Russja Imperjali, kien eżiljat mir-Russi f'San Pietruburgu, u minn dakinhar saħħtu baqgħet sejra lura, sakemm miet fl-10 ta'Marzu, 1861, bħal nhar l-Erbgħa, kważi 150 sena ilu. Timoshenko qed tħeġġeġ lill-qawwiet nazzjonali-patrijottiċi kollha biex jattendu bi ħġarhom.

No comments:
Post a Comment