Erba’ ġimgħat ilu (eżattament fit-13 ta’ Diċembru) ikkummentajt dwar id-diskors stramb (meta tqies min kien qed jagħmlu u f’liema okkażjoni) tal-President Amerikan Obama meta aċcetta l-Premju Nobel għall-Paċi u kif dan jipprova kemm huwa veru li bejn il-paroli u l-fatti hemm baħar jikkumbatti. Obama ddikjara li “…fid-dinja hawn il-ħażen…” u li “ …il-movimenti paċifisti ma rnexxilhomx iwaqqfu l-armati ta’ Ħitler…” u li għalhekk “… li jkun hemm żminijiet meta n-nazzjon – waħdu jew ma’ oħrajn – isibu li l-użu tal-forza mhux biss ikun neċessarju iżda moralment ġustifikat”. Diskors li, wara li fis-sustanza kien jgħidu l-predeċessur tiegħu George W. Bush, tgħidx kemm qajmu rwiefen, kundanni, żeblieħ u tgħajjir ta’ ġellied (warmonger) kien jaqla’, anki mill-istess Obama, sħabu d-Demokratiċi, u x-Xellugin psewdo-paċifisti mid-dinja kollha.
Wara dak id-diskors il-qawwa tal-ajru Amerikana attakkat bażijiet ta’ taħriġ tal-al Qajda, u wara l-attentat fallut tat-terrorista Niġerjan Abdulmutallab fuq ajruplan li kien wasal biex jillandja fl-Istati Uniti, nhar it-Tnejn li għaddew Obama reġa “sab l-Amerika” meta ddikjara li “dan l-inċident serju huwa twissija tal-periklu li qegħdin niffaċċjaw, u min huma dawk li qed jheddu l-patrija tagħna.”
Iżda forsi aktar interessanti huwa l-mod kif Obama irreaġixxa meta qalulu l-ewwel darba bl-attentat. Għax għandkom tkunu tafu li dak il-ħin hu kien, u hemm għadu sal-lum il-Ħadd meta qed nikteb, fil-bajja ta’ Kajlua, fil-Ħawaj għall-vaganzi (fir-ritratt jilgħaq il-ġelat favorit tiegħu fil-Ħawaj)!
Infatti l-istqarrija li ħareġ l-istaff tiegħu mill-White House kienet qalet li wara li Obama ġie infurmat bl-attentat tlett sigħat wara li falla, dan kien “qed isegwi” is-sitwazzjoni, u li l-iskeda tiegħu ma kenitx se tinbidel – jiġifieri li kien se jibqa’ jgawdi l-vaganzi fil-Ħawaj.
(Tiftakru xi storbju kienu għamlu (anki fid-dokumentrju politiku ta' Michael Moore) għar-reazzjoni ta' Bush meta kien fi skola mat-tfal u nfurmawh bl-attakki ta' 9/11?!)
(Tiftakru xi storbju kienu għamlu (anki fid-dokumentrju politiku ta' Michael Moore) għar-reazzjoni ta' Bush meta kien fi skola mat-tfal u nfurmawh bl-attakki ta' 9/11?!)
Dan l-atteġġjament taparsi kalm, iżda fil-fatt ta’ suppervja, kważi infantili, biex ma jammettix mal-elettorat li tellgħu, li al Qajda xorta baqgħet tittrattah bħal Bush, beda jinkwieta bil-kbir lil dawk ta’ madwaru, tant li Doug Schoen, li kien ħadem għad-Demokratiku Bill Clinton fis-Snin 90, iddikjara li “Obama assolutament missu affronta s-sitwazzjoni bħala emerġenza ta’ sigurta’ nazzjonali, ġie lura Washington u sejjaħ laqgħa għolja bipartiġġjana, mal-Oppożizzjoni Republikana.”
Iżda Obama webbes rasu u baqa’ vaganza mal-familja, għalkemm wara li nduna, jew qalulu, li għaxxaqha meta, nhar it-Tnejn ukoll, sejjaħ lil Abdulmutallab “an isolated extremist” (!), il-bieraħ kellu jammetti li dak tħarreġ mill-grupp al-Qajda tal-Peniżola Għarbija ta’ al Awlaki, li bħal Abdulmutallab u tant oħrajn, qed jiġu edukati fil-Punent, biex imbagħad f’daqqa waħda jinbidlu f’terroristi suwiċidi! Sadattant, l-ewwel opinion polls li saru wara l-attentat, juru li l-popolarita' ta' Obama kompliet tonqos, tant li skond dak ta' Rasmussen 56% tal-Amerikani ma japprovawx it-tmexxija tieghu, u huma biss 44% li jaqblu miegħu. Dan f'inqas minn sena minn meta ħa l-ġurament!
Huwa wkoll wieħed mill-aktar ratings baxxi (anki skond il-poll l-iehor influwenti, Gallup) ta' kull president fil-bidu tat-tieni sena tal-mandat tiegħu!
Annimal timmansaħ, Terrorista LE!
F’Mejju tas-sena l-oħra l-President Obama ħabbar il-pjan tiegħu biex, bl-iskuża ta’ investigazzjoni dwar allegati abbużi ta’ priġunieri tal-gwerra kontra t-terroriżmu taħt l-amministrazzjoni ta’ Bush, iwaqqaf unita’ ġdida biex tinterroga l-priġunieri u b’hekk minn taħt is-CIA dawn jgħaddu taħt l-FBI, bil-kontroll dirett tan-National Security Council tal-President fil-White House.
Proprju wara l-attentat fallut tat-terrorista Abdulmutallab f’Jum il-Milied fuq ajruplan tal-passiġġieri li kien wasal biex jinżel f’Detroit, sar magħruf li t-terrorista rnexxielu, mingħajr ebda tfixkil, jitla’ fuq l-ajruplan, minkejja li missieru stess (fost l-ikbar sinjuri fl-Afrika) kien ilu li wissa’ lill-ambaxxata Amerikana fin-Niġerja kontra ibnu. Kif ġrat ħaġa bħal din, meta tqies li wara l-attakk terroristiku bl-ajruplani fuq l-Istati Uniti fil-11 ta’ Settembru, tul iż-żmien li damu jiggvernaw ir-Repubblikani b’Bush, l-ebda attakk jew attentat ta’ attakk ieħor simili ma seħħ?
Proprju wara l-attentat fallut tat-terrorista Abdulmutallab f’Jum il-Milied fuq ajruplan tal-passiġġieri li kien wasal biex jinżel f’Detroit, sar magħruf li t-terrorista rnexxielu, mingħajr ebda tfixkil, jitla’ fuq l-ajruplan, minkejja li missieru stess (fost l-ikbar sinjuri fl-Afrika) kien ilu li wissa’ lill-ambaxxata Amerikana fin-Niġerja kontra ibnu. Kif ġrat ħaġa bħal din, meta tqies li wara l-attakk terroristiku bl-ajruplani fuq l-Istati Uniti fil-11 ta’ Settembru, tul iż-żmien li damu jiggvernaw ir-Repubblikani b’Bush, l-ebda attakk jew attentat ta’ attakk ieħor simili ma seħħ?
Ta’ min ifakkar li xahar qabel dak l-attakk, li fih kienu inqatlu l fuq minn 3000 ruħ, is-CIA kienet wissiet lill-FBI dwar tnejn mill-ħames terroristi li, iżda, dan ma kenux ħadu dik it-twissija bis-serjeta’ biżżejjed. Għalhekk waħda mill-miżuri li kien ħa Bush kien it-twaqqif tan-National Counter Terrorism Centre (NTCC) biex jikkordina x-xogħol bejn dan iż-żewġ agenziji u oħrajn.
Jidher, iżda, li wara li Obama leħaq president u beda jwettaq riformi politiċi fil-qasam delikat tas-sigurta’ li jimminaw lill-istess sigurta’ u żġur ħallew effetti devastanti fuq is-CIA, reġa’ beda d-diżgwid u tħarbit tal-komunikazzjoni bejn din u l-FBI.
Infatti din il-ġimgħa sar magħruf li wara r-rapport ta’ missier Abdulmutallab, saret laqgħa għolja fl-ambaxxata li għaliha kien hemm preżenti uffiċjal tas-CIA, iżda mhux tal-FBI, u meta ntbagħat rapport lin-NCTC, dawn ma qiesux lil Abdulmutallab perikoluż biżżejjed biex jinkluduh fil-listi tat-Terrorist Screening Centre tal-FBI, la f’dik ġenerali ta’ individwi suspettużi, la f’dik li dwarhom irid isir iċċekkjar massimu qabel jitilgħu fuq ajruplan lejn l-Amerika, u wisq inqas f’dik ta’ madwar 3000 li m’għandhom qatt jitħallew jivvjaġġaw fuq ajruplan, in-"no fly list"!
Barra minhekk fuq l-ajruplan tad-Delta Airways ma kien lanqas Air Marshal wieħed Amerikan (jiġifieri aġent tas-sigurta’ pajżan għassa f’każ ta’ xi attentat terroristiku), u kellu jkun passiġġier, reġista Olandiż, li b’kuraġġ kbir qabeż fuq it-terrorista u waqfu qabel leħaq sploda lilu nnifsu u l-ajruplan.
Issa Obama qed jgħid li se jżied in-numru ta’ dawn il-Marshalls fit-titjiriet lejn u ‘l barra mill-Istati Uniti, wara li, bħal fi żmien l-aħħar amministrazzjoni Demokratika (dik ta’ Clinton), fil-pajjiż tnaqqset l-allerta, il-viġilanza, għax ħasbu li la minflok Bush kien leħaq Obama, it-terroristi mmansaw ukoll.
No comments:
Post a Comment