Numru kbir tar-reati kriminali fl-Italja jitwettqu minn immigranti, l-aktar dawk klandestini.
Filwaqt li l-immigrati jagħmlu biss 6 fil-mija tal-popolazzjoni fl-Italja, in-numru ta' reati mwettqa minnhom huwa tassew għoli, bħalma jixhdu dawn iċ-ċifri:
40% tal-istupri
52.9% tas-serq minn djar; 49% tas-serq ta' karrozzi; 33% serq bi vjolenza/armi; 39% serq ieħor; 70% pickpocketing
30% tat-traffikar u produzzjoni ta' droga
24% tad-delitti; attentati ta' qtil 32%, swat 39%
li jseħħu fl-Italja huma mwettqa minn klandestini.
Minn ta' quddiemnett fil-lista hemm ir-Rumeni (sa' ftit ilu kienu l-Albaniżi), imbagħad, warajhom jiġi l-Marokkini, l-Albaniżi, it-Tuneżini, Peruvjani u l-Ekwadorjani, f'din l-ordni.
Dan it-tagħrif sar magħruf fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni ta' ktieb ġdid ta' Marzio Barbagli bl-isem ta' Immigrazione e Sicurezza in Italia. Għal min diġà qed jaħseb li dan Barbagli huwa xi lemini xenofobu razzista, ta min ikun jaf li huwa xellugi magħruf, lecturer fis-soċjoloġija fl-Università ta' Bologna "il-ħamra".
Barbagli ilu snin twal jistudja l-fenomenu tar-relazzjoni bejn il-kriminalità u l-klandestini, u hu jsostni li dawn faċilment u inevitabilment jaqgħu fix-xibka tal-kriminalità – bħalma nstab kien il-każ dan l-aħħar wara l-inkwiet li nqala bejn l-immigranti u ċ-ċittadini fil-belt ta' Rosarno, f'Calabria – għax minħabba li, appuntu, jkunu klandestini, ma jistgħux jimpjegaw ruħhom regolarment.
Barbagli jżied ukoll li fil-każi ta' stupri minn klandestini, dawn kienu l-aktar bejnithom stess, u mhux kontra t-Taljani.
Is-Sibt, 30 ta’ Jannar 2010
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment