ĊENTRU LEMIN 47.8% ; XELLUG 46.2%; INDEĊIŻI 39.6%
Għal darb'oħra, bħalma kien għamel lejn tmiem ix-xahar l-ieħor, fil-programm popolari tiegħu Porta a Porta tal-bieraħ Bruno Vespa nkluda r-riżultati ta' stħarriġ tal-opinjoni pubbliku minn tlett istituti ta' riċerka dwar kif jivvutaw it-Taljani fl-elezzjoni bikrija li trid issir dalwaqt.Minn dan jerġà jirriżulta li l-elettorat Taljan jinsab maqsum kważi minn nofs eżatt, b'vantaġġ żgħir għall-partiti taċ-ĊentruLemin fuq dawk tax-Xellug: 47.8% kontra 46.2%. Iżda tajjeb wieħed jinnota wkoll li fost dawk li wieġbu lit-tlett istituti kien hemm persentaġġ għoli ta' 39.6% li għażlu li ma jwieġbux għax għadhom indeċiżi lil min se jivvutaw u jekk jivvutawx.
Dawn huma r-riżultati tas-sondaggi magħmula minn Ispo Srl, Ipr Marketing u EuroMedia Research li hawnhekk ġbart il-medja tagħhom:
ĊENTRU-LEMIN
Popolo della Libertà: 25.7%; Lega Nord: 8.0%; La Destra: 1.9% = 35.6%
Unione di Centro (UDC): 6.9%; Futuro e Libertà (FLI) : 3.7%; All. per l'Italia+Mov. per le Autonomie: 1.7% = 12.4% (miġbura fin-Nuovo Polo per l'Italia/Terzo Polo)
Total: 47.8%
XELLUG
Partito Democratico: 27.1%; Italia dei Valori (IdV): 7.2% = 34.4%
Sinistra e Libertà: 7.0%; Rifondazione Comunista: 1.8%; Pannella/Bonino: 1.3%; Partito Socialista: 0.7%; Verdi: 0.8%
Total: 46.2%
Movimento 5 Stelle-Grillo: 3.6%.
Dwar id-39.6% indeċiżi x'se jagħmlu ta min wieħed jgħid li dawk li intervistawhom staqsewhom lil min kienu vvutaw fl-aħħar elezzjoni tal-2008: 65% minnhom wieġbu li kienu vvutaw lil xi partit taċ-ĊentruLemin, li dawn jissarfu f'madwar 22% favur dawn il-partiti, kemm-il darba dawn fl-aħħar mill-aħħar jiddeċiedu li jmorru jivvutaw u jerġgħu jivvutaw lill-istess partiti.
Ta min jinnota wkoll li terz tal-elettorat fl-Italja jiddeċiedi lil min se jivvota matul il-kampanja elettorali, u mhux qabel.
Fl-aħħarnett infakkar li dawn is-sondaggi jagħtu biss indikazzjoni, ħjiel, lejn fejn hu mxaqleb l-elettorat, u mhux bilfors li l-iskjeramenti t'hawn fuq jissarfu f'koalizzjonijiet qabel jew wara eventwali elezzjoni, speċjament fejn jirrigwardja lill-partiti tax-Xellug.
Infatti skond ma ħareġ mid-dibattitu tal-bieraħ, xejn m'hi ħaġa ċerta li, per eżempju, s-Sinistra e Libertà (SEL) u Rifondazione Comunista jiġu aċċettati f'xi koalizzjoni mal-Partito Democratico għall-elezzjoni. Minħabba li mhux żgur jaqbeż l-4% meħtieġa f'voti, il-moviment ta' Grillo, li mistenni jikkontesta għal rasu ma jikseb l-ebda siġġu. B'hekk ix-Xellug fil-fatt ikollu siġġijiet ekwivalwenti għal biss 42% tal-voti (PD+IdV+Soċjalisti+Pannella f'koalizzjoni elettorali, u s-SEL).
Dan, naturalment, jgħodd ukoll għall-partiti taċ-ĊentruLemin. Huwa għalhekk li Casini, Fini, Rutelli, u l-Movimento per le Autonomie diġà ingħaqdu f'koalizzjoni, Nuovo Polo per l'Italia jew Terzo Polo, għax f'dan il-każ ikun biżżejjed li partit jikseb 2% tal-voti biex jirbaħ siġġijiet, basta l-koalizzjoni sħiħa tikseb 10% jew aktar tal-voti.
No comments:
Post a Comment