Il-Ħadd, 24 ta’ April 2011

Wara Fukuxima u Ċernobil

MIN IBEŻŻA U MIN JIKKONVERTI !
George Monbiot
Waqt li qed infakkru l-25 sena (nhar it-Tlieta li ġejjin 26 tax-xahar) mill-inċident nukleari f'Ċernobil, pajjiż ieħor lejn il-Lvant tagħna, fl-Asja, għadda minn inċident ieħor nukleari, dak f'Fukuxima fil-Ġappun, li għalkemm ftit kellu x'jaqsam ma' dak li ġara fl-Ukrajna (dak iż-żmien maħkuma mill-Unjoni Sovjetika Komunista), xorta ma naqsux u mhux se jonqsu dawk li se jkomplu jwerwru.
Iżda proprju l-inċident f'Fukuxima wassal biex ambjentalista konvint ma baqax jibżà mill-enerġija nukleari, anzi spiċċa jiddikjara li sar jappoġġja din it-teknoloġija.
Dan huwa George Monbiot li, f'intervista ma' Sir David Frost waqt il-programm tiegħu ta' nhar ta' Sibt fuq iċ-channel Aljazeera, wera' l-biżà tiegħu li t-twerwir esaġerat u qarrieqi dwar il-perikli tal-enerġija nukleari jistà iwassal biex minflokha l-pajjiżi jerġgħu jibdew iduru lejn il-faħam u ż-żejt u b'hekk ikabbru l-perikli ambjentali.
L-intervista sħiħa tistgħu tarawha hawnhekk:

IS-SEGRETARJU JGĦID ĦAĠA ... U L-KUMITAT JGĦID OĦRA
Sadanittant is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Ban Ki-moon żar is-sit fejn kien hemm l-impjant nukleari f'Ċernobil u qal li kienet "esperjenza li qanqlitni ferm". 
Hu kompla jwissi li l-ħsara riċenti li kawża t-terremot fl-impjant nukleari ta' Fukuxima fil-Ġappun wera li inċidenti bħal dawk ta' Ċernobil jistgħu jerġgħu jiġru fil-futur.
"Il-verità sfortunatament hija li għad nistgħu naraw aktar diżastri simili. Id-dinja assistiet għal storja inkwetanti ta' inċidenti nukleari nkwetanti," filwaqt li sejjaħ għal dibattitu globali dwar is-sigurtà tal-enerġija nukleari.
Ki-moon żeffen fin-nofs it-tibdil fil-klima u qal li l-effetti tiegħu probslli jwassal għal aktar diżastri bħal dak tal-impjant nukleari ta' Ċernobil, li sofra ħsara mit-terremot u t-tsunami f'diżastru li l-Ġappun poġġih fl-istess livell ħruxija ta' Ċernobil.
Tajjeb, iżda  nfakkar f'rapport li ħareġ mill-istess Nazzjonijiet Uniti din is-sena, eżattament mill-United Nations Scientific Committee on the Effects of Atomic Radiation (UNSCEAR) li jgiddeb dan it-twerwir tal-istess segretarju tal-istess NU.
Dan ir-rapport xjentifiku jgħid li d-dożi ta' radjazzjoni mill-fallout ta' Ċernobil kienu inqas minn radjazzjoni normali, u għalhekk baxxa wisq biex tħalli xi effett inkwetanti fuq is-saħħa tal-bniedem.
Barra minhekk Fukuxima ftit għandu x'jaqsam ma' Ċernobil.  Biss biss il-livell ta' radjazzjoni (li wara kollox huwa l-ikbar konsegwenza li inċidenti bħal dawn jistà ikollhom fuq il-bniedem) fil-Ġappun hu biss ta' 10 fil-mija ta' dak li kien ħareġ 25 sena ilu flpUkrajna, u din qed tonqos.
Veru każ li, kif  għidu bil-Malti, l-id ix-xellugija ma tafx x'qed tagħmel dik leminija!

It-Tlieta, 19 ta’ April 2011

Wara l-elezzjoni fil-Finlandja

IKOMPLI JISSAĦĦAĦ IĊ-ĊENTRU-LEMIN FL-EWROPA
Erba' mis-sitt mexxejja tal-partiti taċ-Centru u tal-Lemin
fil-parlament Finlandiż: Jyrki Katainen (it-tieni mil-
lemin) tal-ikbar partit, il-KOK, maġenb Timo Soini tal-
populista PS, flimkien ma' tnejn mill-kapijiet nisa,
Paivi Rasanen tal-KD u Mari Kiviniemi tal-KESK
Aktar popli Ewropej qed ikomplu jurun li m'għandhomx fiduċja fl-alternattivi li jiffru x-Xellugin jew iċ-ċentru-xellugin sabiex jaffrontaw u jsolvu l-problemi fid-diversi pajjiżi fejn qed jivvutaw biex iġeddu jew jibldu l-gvernijiet tagħhom. L-aħħar konferma tasal mill-Iskandinavja, li fl-imgħoddi kienet meqjusa bħala fortizza tax-xellug, tas-Soċjaldemokratiċi, iżda li fi żmienna bidlu għal kollox id-direzzjoni u qed idiru u jkabbru l-appoġġ għall-partiti taċ-ċentru u tal-lemin.
Infatti maġġoranza assoluta ta' 70.7% ta' dawk li vvutaw taw il-voti tagħhom liċ-ĊentruLemin, fejn għall-ewwel darba l-ikbar partit jirriżulta l-Partit tal-Koalizzjoni Nazzjonali (KOK) b'20.4%.
Filwaqt li s-SoċjalistiDemokratiċi (SPD) naqqsu l-voti bi 2.3%,  tilfu tlett siġġijiet u spiċċaw fit-tieni post b'19.1%, fejn leħaqhom l-partit populista tal-lemin Finlandiżi Veri (PS) li kien l-aktar partit li kiseb suċċess kiseb ħames darbiet aktar voti minn erba' snin biex issa għandu 19%.
Il-partit Ċentru Finlandiż (KESK), li kien l-ikbar partit u li l-kap tiegħu kien prim ministru, spiċċa fir-raba' post bi 15.8% (minn 23.1%).
L-erba' partiti l-oħra ma qabżux l-10% tal-voti, u tlieta huma taċ-ĊentruLemini u wieħed l-Alleanza Xellugija bi 8.1% biss.
Għalhekk, minkejja li naqqas in-numru ta' siġġijiet se jkun il-KOK (li hu membru fil-Partit Popolari Ewropew li se jifforma l-gvern, għax m'għandux problema ta' koalizzjoni.
Infatti anki jekk ma jilħqax ftehim mal-Finlandiżi Veri (PS) – minħabba li dawn huma ferm kritiċi tal-Unjoni Ewropea l-Ewro, u ma jaqblux li l-pajjiżi tal-UE ikomplu jgħinu oħrajn f'diffikultà bħall-Portugall u
Spanja – il-kap tal-KOK Jyrki Katainen xorta waħda jistà jgħaqqad il-maġġoranza li għandu bżonn ta' 101minn 200 siġġu fil-parlament, anzi jaqbiżhom, fiklwaqt li x-Xellug bejniethom għandhom biss 56 siġġu.

Il-Ġimgħa, 15 ta’ April 2011

Il-Gvern Taljan ikompli jissaħħaħ

F'VOT SIGRIET MITLUB MINN DI PIETRO                                 
6 MILL-OPPOŻIZZJONI JIVVUTAW MAL-GVERN
Din il-ġimgħa fil-Parlament Taljan ġiet diskussa liġi li tpoġġi limiti dwar kemm jistgħu jitwalu l-kawżi fil-qrati, imsejħa "Processo Breve". L-oppożizzjoni, fis-solita fissassazzjoni li kull liġi li jressaq il-gvern jiġu mfassla biex jaqdu lill-Prim Ministru Silvio Berlusconi, wettqu oppożizzjoni, filibustering qawwi, tant li  s-seduti baqgħu sejrin l-lejl kollu, fejn il-kelliema tal-oppożizzjioni tul il-biċċa l-kbira tal-ħin bdew sempliċiment jaqraw siltiet mill-kostituzzjoni.
Dan minbarra ruxxmata emendi li kienu nafu li ma kienux se jgħaddu, iżda fost dawn kien hemm waħda mressqa mill-Italia dei Valori ta' Di Pietro, u li għaliha talbu li l-votazzjoni fuq l-emenda ssir b'mod sigriet.
It-tama kienet li xi deputat tan-naħa tal-gvern jispiċċa jivvota mal-oppożizzjoni.
Ġara, iżda ġara proprju l-kontra għax sitt deputati mill-oppożizzjoni vvutaw kontra l-emenda mressqa minn Di Pietro, jiġifieri favur il-gvern taċ-CentruLemin!
Dan ifisser illi kieku d-deputati fl-oppożizzjoni ma jkunux mġiegħla jivvutaw skond id-dixxiplina tal-partiti, dawn jivvutaw skond il-kuxjenza, skond is-sewwa, kif suppost isir f'demokrazija parlamentari u mhux f'partitokrazija.
Intant l-liġi għaddiet bi 314 favur u 288 kontra, maġġoranza ta' 26 vot fil-Camera dei Deputati.
Il-ġimgħa d-dieħla l-liġi titressaq għall-approvazzjoni tas-Senat ukoll, fejn il-gvern għandu maġġoranza komda.
AZZJONI DIXXIPLINARI KONTRA L-PROCURA TA' MILAN
Sadattant is-Senaturi tal-gvern fil-Popolo della Libertà illum ħabbru li talbu lill-Ministru tal-Ġustizzja Angelinio Alfano biex jikkunsidra huwiex il-każ li jinvestiga l-aġir tal-imħallfin fil-Procura ta' Milan fil-każ hekk imsejjaħ "Ruby", sabiex, jekk jinstab li nkisret il-kostituzzjoni, jitteħdu l-miżuri dixxiplinari xierqa.
Is-senaturi qed isostnu li kien hemm ksur ta' dak li tgħid il-kostituzzjoni fejn jidħlu l-garanziji għall-parlamentari, b'mod partikulari f'dak li jirrigwardja lill-Prim Ministru Berlusconi.
Dan l-aktar għall-mod kif dan ġie mixli, u t-tieni l-użu tal-interċettazzjonijiet tat-telefonati u l-pubbikazzjoni tagħhom fil-media, bi ksur ta' Artiklu 68 tal-kostituzzjoni.
IS-SUĊĊESSUR TA' BERLUSCONI
Dewar ir-rapporti li dehru fil-media li Berlusconi nnoimina lill-Ministru tal-Ġustizzja Angelino Alfano bħala suċċessur tiegħu, kemm-il darba jiddeċiedi li ma jibqax imexxi l-Popolo della Libertà, l-Prim Ministru ċċara li hu qatt ma nnomina lil xi ħadd suċċessur tiegħu.
Kull ma gġamel kien li qal li Alfano huwa bniedem kapaċi, iżda minħabba li l-PdL huwa partit demokratiku, fuq il-futur tiegħu jiddeċiedi l-partit.
"Ikun il-massimu li jiena, minbarra dak kollu li jaqilgħu dwari, nieħu wkoll it-tort, ir-responsabbiltà fuq min jieħu posti warajja," ikkummenta Berlusconi jidħak, waqt laqgħa tal-maġġoranza.

L-Abbużi mir-Reġim ta' Gaddafi

Eman al-Obeidi tirrakkonta kollox
Uffiċjal tal-Ministeru tal-Informazzjoni ta' Gaddafi
jipprova jaħtaf lil Obeidi (lemin) biex ma tilħaqx tkellem
lill-ġurnalisti barranin fis-26 ta' Marzu li għadda
Wara ġimgħatejn minn meta Eman al-Obeidi daħlet fil-lukanda fi Tripli fejn kienu miżmuma l-ġurnalisti barranin biex tirrakkontalhom dak li għaddiet minnu, iżda ma tħallitx u nħarħet l-barra minn nies tas-sigurtà, din il-ġimgħa hi rnexxielha xorta waħda tirrakkonta dak kollu li għaddiet minnu lil żewġ ġurnalisti nisa Amerikani, meta dawn  rnexxilhom jiżgiċċaw mil-lukanda u jmorru jintervistaw lil Obeidi fid-dar tagħha.
Hi rrakkuntat kif wara li ġiet miżmuma  minn suldati tra' Gaddafi f'check-point wara li dawn raw li kienet minn Bengażi lilha u lil mara oħra ħaduhom f'bini mwarrab, f'kamra kbira fejn kien hemm numru kbir ta' suldati. Jiena bdejt nirreżistihom u għalhekk huma rabbtulha jdejha u riġlejha ma' xulxin.
Dawn bdew jixorbu l-ħin kollu, u ma damux ma dari fuqhom, bi swat anki bis-sieq.
Kienu jiġu tlieta tlieta u jistuprawni ripetutatment, l-aktar dak li kien jikkmandahom u li jiena għaraftu bħala iben ministru tal-gvern, kien l-aktar wieħed brutali".
Anki lill-mara l-oħra stupra, iżda din ma rreżistitx u għalhekk ma rabbtuhix."
Dan baqa' għaddej għal jumejn u fit-tielet jum, hekk kif s-suldati tant kienu xorbu li raqqdu, hi kkonvinċit lill-mara l-oħra tħollha, iżda din beżgħat taħrab magħha.
Obeidi tgeżwret bi tvalja u bid-demm nieżel ħarġet minn tieqa u, b'biċċa ħadida li sabet erħitilha lejn il-bieb mgħasses minn xi għassiesa Afrikani li bdiet twerżaq biex iħalluha tgħaddi.
"Dawn, ixxukkjati u mbellħin jaraw mara għarwiena mdemma, mgeżwra biss fi tvalja, xagħrha kollha mħabbla u xxejjer ħadida, fetħuli r-rixtellu elettriku, u jiena ġrejt il-barra".
Barra sabnet l-għajnuna minn nies f'dawk l-inħawi, li tawha xi ħwejjeġ u flus għal taxi, li qalet lix-xufier biex iwassalha fil-lukanda tal-ġurnalisti barranin.
Obeidi kompliet tgħid li r-reġim irid jaħbi u jnessi dak li ġralha. Hi marret għand il-prosekutur, iżda ħadd għadu ma ressaq xi akkużi kontra dawk li sawwtuha u abbużaw minnha vjolentement. Lanqas biss marru jfittxu fid-dar fejn kienu nżammet. Hi qalet li anki l-istess avukati tagħha tawh pariri biex tbiddel l-istorja tagħha, iżda hi se tibqà ssostni l-verità.
L-unika ħaġa li trid issa hiu li tkun tistà tmur d-dar mal-familja tagħha fil-lvant tal-pajjiż, iżda r-reġim mhux qed iħalliha tivvjaġġa."Irrid il-familja tiegħi. Irrid l-libertà."

L-Erbgħa, 6 ta’ April 2011

Il-Ġuri kontra l-Prim Ministru Taljan


MA SOFREW L-EBDA OFFIŻA MINN BERLUSCONI
Illum suppost kellu jibda l-ġuri – tant mistenni mill-Anti-Berlusconjani u l-media internazzjonali – kontra l-Prim Ministru Taljan Silvio Berlusconi fuq akkużi ta’ prostituzzjoni ma’ tfajla taħt l-età, u abbuż tal-poter, iżda l-udjenza damet biss disa’ minuti u l-ġuri ġie pospost għall-31 ta’ Mejju.
Il-Prim Ministru Taljan Silvio Berlusconi
Dan għax il-Prim Ministru, bħalma kien tħabbar, ma setgħax jattendi l-udjenza minħabba li kellu jattendi laqgħa tal-kumitat tal-kabinett dwar il-kriżi fil-Libja. 
Mill-banda l-oħra, kontra dak li kien maħsub, lanqas it-tfajla mdaħħla fil-każ, Karima Mahroug, magħrufa wkoll bħala “Ruby” ma kienet preżenti, u l-avukat tagħha ddikjara li hi mhix se tippreżenta ruħha bħala parti ċivili kontra Berlusconi, għax  tħoss li ma sofriet l-ebda offiża jew dannu minnu, u lanqas kellha x’taqsam miegħu sesswalment.
Lanqas l-uffiċjal tal-pulizija preżenti fl-għassa meta l-Prim Ministru kien ċempel dwar l-arrest tal-istess Karima – u li l-akkuża tgħid b’hekk li hu kien abbuża mill-poter – ma ppeżentat ruħha bħala parti ċivili, għax ma tħossx li sofriet xi dannu bl-allegata “pressjoni u abbuż tal-poter” mill-Prim Ministru.
Dan ifisser li issa qed isir ġuri mingħajr vittmi!
Sadattant il-bieraħ it-Tlieta l-parlament Taljan ivvota b’maġġoranza kontra li l-Qorti ta’ Milan tgħaddi ġuri lill-Prim Ministru, għax din mhix kompetenza tagħha, iżda ta’ hekk imsejjaħ Tribunale dei Ministri, li (bħalma kont ktibt fil-post tas-17 ta’ Frar) mhix qorti magħmula mill-Ministri tal-gvern, iżda  hija qorti speċjali magħmula minn tlett maġistrati mtella' bix-xorti minn fost il-maġistrati kollha b'5 snin servizz fil-Qorti tal-Appell, fid-distrett fejn ikunu seħħew l-allegati ksur tal-liġi  minn xi ministru.
Dwar din il-ħaġa issa trid tiddeċiedi l-Qorti Kostituzzjonali, u probabbli d-difiża tal-Prim Ministru fis-seduta li jmiss se titlob sospensjoni tal-ġuri sakemm dan isir.

Il-Ħadd, 3 ta’ April 2011

MA NINSEWX LIL EMAN AL-OBEIDI
Ritratt li juri ċar ir-riżultat fuq wiċċu tal-vjolenza li
sofriet meta kienet arrestata u stuprata 
Għaddiet ġimgħa minn meta Eman al-Obeidi ma tħallitx bil-forza tgħid lill-ġurnalisti barranin magħluqa f'lukanda fi Tripli dak li għaddiet minnu meta ġiet stuprata minn 15-il suldat ta' Gaddafi.
Minn dakinhar ma smajna xejn aktar minnha u għad mhux magħruf eżatt fejn tinstab, għalkemm x'aktarx żgur li tinsab arrestata.
Il-bieraħ filgħodu tħabbar li hi kellha tidher fuq it-televiżjoni ni tal-istat, ta' Gaddafi f'intervista. Minflok al-Libja TV wera filmat ta' madwar kwarta li matulu tinstema' dik li hu maħsub li kienet dik ta' Eman qed tiġi interrogata f'għassa tal-pulizija fil-preżenza ta' oħtha.
Dan l-uffiċjali ried jikkonvinċiha – u, evidentement ma rnrexxielux – biex tmur l-isptar ħalli jsirilha r-rape test, u biex tiġi intervistata mit-televiżjoni tal-istat. Eman però, ma riditx għax tibżà li jżommuha hemmhekk.
Ir-recording deher ovvju li kien maħsub biex jiskredita lil Eman u jixħet dubji dwar l-akkużi tagħha kontra l-pulizija.
Minbarra li fit-tmiem tal-filmat, in-newscaster dan urietu biċ-ċar b'diskors dwar kif "anki prostituta għandu jkollha ċertu sens ta' patrijottiżmu"!
Sadattant ir-reġim kien ħabbar li l-pulizija qed tinvestiga ħamsa minn dawk li Obeidi qalet li abbużaw minnha, li wieħed minnhom huwa iben uffiċjali għoli tal-istess reġim, l-investigazzjoni qed tiltaqà ma' diffikultà għax, qed jgħidu,  Obeidi ma tridx tagħmel l-eżami mediku meħtieġ.
Barra minhekk il-kelliem tal-gvern Ibraħim ikkonferma li dawn il-ħames pulizjotti qed iħarrku lil Obeidi għax, fi kliem Ibraħim, "hija offiża gravi li takkuża lil xi ħadd b'delitt sesswali"!
Sadattat f'intervista li taw il-ġenituri ta' Eman lill-BBC , dawn reġgħu iddefendew lil binthom u ddikjaraw li huma kburin biha. L-intervista tistgħu tarawha hawnhekk http://bbc.in/eVzMdO .
Bħalissa fuq l-internet għaddejjin kampanji favur Eman al-Obeidi, fosthom kampanja għall-ħelsien tagħha fuq Facebook li – jekk bħali temmu li għall-kuraġġ li qed turi Obeidi, ta' min iqabbilha ma' dak iż-żagħżugħ Ċiniż li kien sfida t-tankijiet tar-reġim Komunista fi Pjazza Tinanem fiċ-Ċina – inħeġġiġkom tissottoskrivu billi tittikkjaw "I Like It" hawnhekk:

Il-Ġimgħa, 1 ta’ April 2011

Se jkompli l-ġlied fil-Libja

JIRRIFJUTAW IL-WAQFIEN MILL-ĠLIED OFFRUT MILL-OPPOŻIZZJONI
Bħalma ħafna basru r-reġim ta' Gaddafi l-lejla m'aċċettax il-kundizzjonijiet imressqa mill-Kunsill Transitorju Libjan f'Bengażi biex jiġi fis-seħħ waqfien tal-ġlied.
Il-kundizzjonijiet kienu li jieqfu immedjatamwnt l-attakki fuq il-poplu, il-qawwiet armati ta' Gaddafi u l-merċenarji jirtiraw minn u madwar il-bliet okkupati minnhom fil-Punent tal-pajjiż, u jkun hemm libertà ta' espressjoni fihom, u Gaddafi jwarrab.
Il-kelliem tar-reġim Musa Ibraħim qal li "huma qed jitolbuna nirtiraw mill-bliet li huma tagħna ...Jekk dan mhux ġenn ma nafx x'jistà ikun. M'aħniex se nitilqu mill-bliet tagħna."

Sadanittant fil-kamp tal-ġlieda għal-ħelsien jidher li l-oppożiżżjoni qed torganizza ruħha aħjar, billi issa qed imexxu l-operazzjonijiet militari uffiċjali u suldati li telqu mill-armata ta' Gaddafi taħt il-kmand ta' Abdel Fattah Yunis, eks Ministru tal-Intern, u l-ewwel ħaġa li għamlu dawn kien li waqqfu checkpoints fit-toroq li jagħtu għall-bliet tal-punent f'idejn t-truppi u merċenarji ta' Gaddafi.
Minn hemm  mhux qed jitħallew jgħddu ġellieda tal-oppożizzjoni mhux armati u ġurnalisti.
Dan biex ma jfixklux lis-suldati regolari fl-operazzjonijiket tagħhom biex jirbħu lura l-bliet li l-oppożizzjoni kienet rebħet ftit jiem ilu. Barra minhekk anki l-qawwiet tal-ajru tal-Alleati jkunilhom aktar faċli jidentifikaw u jattakkaw lit-truppi u l-armamenti ta' Gaddafi li qed jokkupaw, jassedjaw u jattakkaw lill-popli, ċivili f'dawk il-bliet.
Jidher, infatti, li qed ikun hemm aktar koordinazzjoni mhux biss bejn it-truppi u l-ġellieda għall-ħelsien, imma anki bejj dawn u l-qawwiet Alleati. Nittamaw.
Wider Two Column Modification courtesy of The Blogger Guide