ATTWALITA’
Din il-ġimgħa l-kredibilità li sata’ kellhom dawk kollha mdaħħla f’dak li jiena nsejjaħ il-ġenn dwar it-tibdil fil-klima ħadet żewġ daqqiet ta’ ħarta kbar li messhom jiftħu għajnejn dawk kollha li kienu għaġġlu emmnuhom mingħajr ma nfurmaw ruħhom biżżejjed.
TBAGĦBIS BIEX IT-TEMPERATURI JIDHRU GĦOLJA
TBAGĦBIS BIEX IT-TEMPERATURI JIDHRU GĦOLJA
L-ewwel skandlu jikkonferma s-suspetti li r-riżultati u r-riċerka minn dawk li kienu jsostnu li t-tisħin tal-globu qed jikkawżaħ il-bniedem ma kienux ta min jogħqod fuqhom u li kienu mbagħbsa.
Dan wara li hacker irnexxielu jidħol fis-sit tal-Climate Research Unit fl-Ingilterra (li regolarment tgħaddi riżultati tar-riċerka tagħha lill-Intergovernmental Panel on Climate Change tan-NU (IPCC), u kkopja mal-2500 dokument u aktar minn 1000 e-mail.
Minn dawn ħareġ li “l-esperti” klimatologi tal-CRU jinsabu f’konfoffa ma’ riċerkaturi oħra fid-dinja biex ibiddlu, jaħbu jew jeqirdu riżultati tar-riċerki tagħhom li ma jippruvawx it-teorija tagħhom li d-dinja qed tisħon tort tal-bniedem (AGW – Anthropogenic Global Warming).
Min irid jaf aktar dwar dan l-iskandlu, li diġà ġie imlaqqam CLIMATEGATE, jista’ imur f’din il-link:
http://www.telegraph.co.uk/earth/environment/climatechange/6619796/Climate-scientists-accused-of-manipulating-global-warming-data.html
Fost ir-riċerkaturi tal-CRU imdaħħla f’dan il-każ hemm d-direttur Phil Jones, u Deputat Direttur Keith Briffa. Dan Briffa diġà mdaħħal f’polemika dwar qerq xjentifiku. Hu kien sostna li, studju li kien għamel fis-sena 2000 fuq siġar “xjuħ” fir-Russja, jgiddeb li kien hemm xi perjodu Medjevali (Medieval Warming Period) li matulu t-temperaturi kienu ferm għola minn żmienna, li jfisser li l-bniedem illum ma jaħtix għat-tisħin tal-globu.
http://www.telegraph.co.uk/earth/environment/climatechange/6619796/Climate-scientists-accused-of-manipulating-global-warming-data.html
Fost ir-riċerkaturi tal-CRU imdaħħla f’dan il-każ hemm d-direttur Phil Jones, u Deputat Direttur Keith Briffa. Dan Briffa diġà mdaħħal f’polemika dwar qerq xjentifiku. Hu kien sostna li, studju li kien għamel fis-sena 2000 fuq siġar “xjuħ” fir-Russja, jgiddeb li kien hemm xi perjodu Medjevali (Medieval Warming Period) li matulu t-temperaturi kienu ferm għola minn żmienna, li jfisser li l-bniedem illum ma jaħtix għat-tisħin tal-globu.
Iżda r-riċerkatur Steve McIntyre – li kien hu li giddeb t-teorija tal-hekk imsejħa “hockey stick” (li suppost kienet tipprova sħana bħal qatt qabel tad-dinja) – wera kif Briffa fir-Russja kien għażel siġar apposta biex jikseb ir-riżultat li ried hu.
Dan ma teħodhix bi kbira meta minn wieħed mill-e-mails kunfidenzjali lil kollega ieħor kompliċi miegħu inkixef li kien kiteb eżattament hekk:
“Ippruvajt ħafna nibbilanċja l-bżonnijiet tax-xjenza u dawk tal-IPCC, li mhux dejjem kienu l-istess.” M’hemmx għalfejn inżiedu iżjed.
Mhux ta’ b’xejn li kien hemm min sejjaħ lil Briffa “diżunur għax-xjenza, diżunur għall-Uffiċju Meteoroloġiku Brittaniku u diżunur għal (probabbilment) Malta”.
Ir-raġuni għall-kelma “probabbilment” hija li mhux magħruf Keith Briffa huwiex Malti jew le. Nittamaw li mhuwiex. Jiena bgħattlu e-mail fejn staqsejtu dwar dan, iżda sakemm qed nippubblika dan il-post għadni ma rċevejt l-ebda risposta,
Ngħid biss li wieħed irid iżomm f’moħħu li s-CRU hija sors ewlieni fit-tħeħħija tar-rapport u rakkomandazzjonijiet f’dawk li jissejħu SPM (Summary for Policy Makers) tal-IPCC, u allura huma l-bażijiet għall-ftehim bħal dak Kjoto u dak eventwali f’Kopenhagen.
Iżda issa kkonfermajna li dawk huma bbażati fuq data u xjenza totalment falsifikata u manipulata. Illum dan m’għadux sempliċi suspett. Hija żgur it-trapassjoni (bl-Ingliż jgħidulha death-knell), il-mota tal-mewt għall-CRU, l-IPCC, Kjoto u Kopenħagen. Imma tgħid issa kulħadd lest jismagħha dik il-mota, jew se nibgħqu ninsistu fl-arroganza, fis-suppervja?
Għal aktar żviluppi ara
http://blogs.telegraph.co.uk/news/jamesdelingpole/100017393/climategate-the-final-nail-in-the-coffin-of-anthropogenic-global-warming/
Għal aktar żviluppi ara
http://blogs.telegraph.co.uk/news/jamesdelingpole/100017393/climategate-the-final-nail-in-the-coffin-of-anthropogenic-global-warming/
“SPARIXXEW” €830 MILJUN GĦALL-KLIMA
Din faqqgħet proprju matul il-ġurnata tal-bieraħ, u titratta dwar 500 Miljun Ewro li suppost ingħataw lill-pajjiżi qed jiżviluppaw biex jgħinuhom “jiġġieldu t-tibdil klima”, bejn l-2001 u l-2008 iżda li baqgħu qatt ma waslu għand dawk il-pajjiżi, u fuq kollox, mhux magħruf x’sar minnhom.
F’dik li kienet issejħet “Dikjarazzjoni ta’ Bonn” fl-2001, 20 pajjiż industrjalizzat. 15 minnhom tal-Unjoni Ewropea ta’ dak iż-żmien, kienu ntrabtu li jagħtu Biljun Ewro (jew $1,600Miljun) sal-2008 lill-pajjiżi qed jiżviluppaw biex jiġġieldu t-tibdil fil-klima. Iżda fil-fond tan-NU mwaqqaf għal dak l-iskop sal-lum waslu biss madwar €170 Miljun ($260 Miljun).
X’sar minnhom, allura t-830 Miljun Ewro l-oħra?
L-Unjoni Ewropea qed tgħid li sehmha ħallsitu fi trattati bilaterali mad-diversi pajjiżi sottożviluppati individwali, iżda qed tammetti li m’għandhix il-provi ta’ dan u li, fi kliem Runge-Metzger, in-negozjatur ewlieni dwar it-tibdil fil-klima tal-UE, “huwa diffiċli ħafna tgħid liema parti tal-finanzjament tirrigwarda l-klima”.
Il-gvernijiet tal-pajjiżi industrjalizzati jsostnu li d-Dikjarazzjoni ma tobbligahomx bilfors jiddepożitaw sehmhom fil-fond tan-NU, u tippermetti li jingħataw fi ftehim bilatilaterali.
Din il-konfużjoni tkompli tħasseb lil min jinkwieta kif daqs dawn flejjes kbar allokati mill-fondi pubbliċi tal-pajjiżi industrjaliżżati, bl-iskuża tat-tibdil fil-klima, qegħdin verament jintefqu. Dan speċjalment minħabba li l-fond tan-NU skond il-Protokoll ġdid post-Kjoto (li jidher li ftehim dwaru se jkun diffiċli), qed jiġi ppjanat li jkun ta’ €100 Biljun, li l-UE qed toffri €30 Biljun minnhom bis-sehem ta’ Malta li, safejn niftakar, skond Kjoto kienet kunsidrata pajjiż li qed jiżviluppa, u mhux obbligati nnaqqsu s-CO2.
No comments:
Post a Comment