Il-Ħadd, 29 ta’ Novembru 2009

C L I M A T E G A T E

IL-ĠENN DWAR IT-TIBDIL FIL-KLIMA
Kien hemm min ilmentali li jixtieq li kultant dan il-blogg ma jkunx bil-Malti biss. Għalhekk se nibda billi, bl-Ingliż, ngħid fil-qosor x’inhuwa dan il-CLIMATEGATE. Il quddiem nista’ ninkludi wkoll siltiet bit-Taljan.  

CLIMATEGATE ­ –  A QUICK SUMMARY
By now I am sure that many are well-versed on this Climategate scandal. If not, let me sum it up real quickly: Someone hacked into a Climate Research Unit at the University of East Anglia, UK and discovered that the scientists had been manipulating and/or hiding data in order to support their fake global warming theory.
Sound about right? I mean, you can read all of the articles and details for yourself (links below)... but the bottom line is that these climate scientists have made a mockery out of their profession.
So ... let's see. Just what do these emails show? Well, how about plugging in false temperatures to research data in order to either show a warming where there was none, or to hide a cooling trend? Yup! It's all detailed in the emails. You can also read about plots and efforts to demean or denigrate any climate scientists who disagreed or strayed from the man-made global warming dogma.
You can even find emails where the death of a global warming skeptic was celebrated and suggestions that it would be nice if someone would find another way to send some more skeptics to their eternal celestial dirt nap. Perhaps the scariest revelation to come from this scandal is the fact that peer reviews failed to keep the science honest ... that other scientists were essentially in cahoots to spread false science: global warming.
Now here's what's amazing. We now have some pretty serious evidence that these "scientists" who have been pushing this global warming horsesqueeze on us have an agenda that is only loosely connected with any desire to be truthful. There's an agenda at work here.
You can draw your own conclusions, but I think the ultimate goal here is to establish some sort of international wealth seizure and redistribution program. Productive people aren't going to fall for such a scheme if it is sold to them on the basis of some illusory "fairness" or the need to care for the "less fortunate."
But if you can con these people into believing that the very survival of the human species is at stake, well ... you can get them to go along with anything. Massive international tax and spend schemes? Well ... OK, if that's what we need to do to “save the planet”.
Question: Now that you've heard and read about these emails ... are you still a firm global warming believer?
More info here:
http://www.weatheraction.com/pages/pv.asp?p=wact10

http://wattsupwiththat.com/2009/11/27/uea-climate-scientist-possible-that-i-p-c-c-has-run-its-course/

http://jamesdelingpole.com/2009/11/27/climategate-this-is-our-berlin-wall-moment/

Il-Ħamis, 26 ta’ Novembru 2009

Skandli u Qerq – X’aktarx Malti mdaħhal

ATTWALITA’
Din il-ġimgħa l-kredibilità li sata’ kellhom dawk kollha mdaħħla f’dak li jiena nsejjaħ il-ġenn dwar it-tibdil fil-klima ħadet żewġ daqqiet ta’ ħarta kbar li messhom jiftħu għajnejn dawk kollha li kienu għaġġlu emmnuhom mingħajr ma nfurmaw ruħhom biżżejjed.
TBAGĦBIS BIEX IT-TEMPERATURI JIDHRU GĦOLJA
 L-ewwel skandlu jikkonferma s-suspetti li r-riżultati u r-riċerka minn dawk li kienu jsostnu li t-tisħin tal-globu qed jikkawżaħ il-bniedem ma kienux ta min jogħqod fuqhom u li kienu mbagħbsa.
Dan wara li hacker irnexxielu jidħol fis-sit tal-Climate Research Unit fl-Ingilterra (li regolarment tgħaddi riżultati tar-riċerka tagħha lill-Intergovernmental Panel on Climate Change tan-NU (IPCC), u kkopja mal-2500 dokument u aktar minn 1000 e-mail.
Minn dawn ħareġ li “l-esperti” klimatologi  tal-CRU jinsabu f’konfoffa ma’ riċerkaturi oħra fid-dinja biex ibiddlu, jaħbu jew jeqirdu riżultati tar-riċerki tagħhom li ma jippruvawx it-teorija tagħhom li d-dinja qed tisħon tort tal-bniedem (AGW – Anthropogenic Global Warming).
Min irid jaf aktar dwar dan l-iskandlu, li diġà ġie imlaqqam CLIMATEGATE, jista’ imur f’din il-link:
http://www.telegraph.co.uk/earth/environment/climatechange/6619796/Climate-scientists-accused-of-manipulating-global-warming-data.html

Fost ir-riċerkaturi tal-CRU imdaħħla f’dan il-każ hemm d-direttur Phil Jones, u Deputat Direttur Keith Briffa. Dan Briffa diġà mdaħħal f’polemika dwar qerq xjentifiku. Hu kien sostna li, studju li kien għamel fis-sena 2000 fuq siġar “xjuħ” fir-Russja, jgiddeb li kien hemm xi perjodu Medjevali (Medieval Warming Period) li matulu t-temperaturi kienu ferm għola minn żmienna, li jfisser li l-bniedem illum ma jaħtix għat-tisħin tal-globu.
Iżda r-riċerkatur Steve McIntyre – li kien hu li giddeb t-teorija tal-hekk imsejħa “hockey stick” (li suppost kienet tipprova sħana bħal qatt qabel tad-dinja) – wera kif Briffa fir-Russja kien għażel siġar apposta biex jikseb ir-riżultat li ried hu.
Dan ma teħodhix bi kbira meta minn wieħed mill-e-mails kunfidenzjali lil kollega ieħor kompliċi miegħu inkixef li kien kiteb eżattament hekk:
Ippruvajt ħafna nibbilanċja l-bżonnijiet tax-xjenza u dawk tal-IPCC, li mhux dejjem kienu l-istess.” M’hemmx għalfejn inżiedu iżjed.
Mhux ta’ b’xejn li kien hemm min sejjaħ lil Briffa “diżunur għax-xjenza, diżunur għall-Uffiċju Meteoroloġiku Brittaniku u diżunur għal (probabbilment) Malta”.
Ir-raġuni għall-kelma “probabbilment” hija li mhux magħruf Keith Briffa huwiex Malti jew le. Nittamaw li mhuwiex. Jiena bgħattlu e-mail fejn staqsejtu dwar dan, iżda sakemm qed nippubblika dan il-post għadni ma rċevejt l-ebda risposta,
Ngħid biss li wieħed irid iżomm f’moħħu li s-CRU hija sors ewlieni fit-tħeħħija tar-rapport u rakkomandazzjonijiet f’dawk li jissejħu SPM (Summary for Policy Makers) tal-IPCC, u allura huma l-bażijiet għall-ftehim bħal dak Kjoto u dak eventwali f’Kopenhagen.
Iżda issa kkonfermajna li dawk huma bbażati fuq data u xjenza totalment falsifikata u manipulata. Illum dan m’għadux sempliċi suspett. Hija żgur it-trapassjoni (bl-Ingliż jgħidulha death-knell), il-mota tal-mewt għall-CRU, l-IPCC, Kjoto u Kopenħagen. Imma tgħid issa kulħadd lest jismagħha dik il-mota, jew se nibgħqu ninsistu fl-arroganza, fis-suppervja?
Għal aktar żviluppi ara
http://blogs.telegraph.co.uk/news/jamesdelingpole/100017393/climategate-the-final-nail-in-the-coffin-of-anthropogenic-global-warming/


“SPARIXXEW”  €830 MILJUN GĦALL-KLIMA
 Din faqqgħet proprju matul il-ġurnata tal-bieraħ, u titratta dwar  500 Miljun Ewro li suppost ingħataw lill-pajjiżi qed jiżviluppaw biex jgħinuhom “jiġġieldu t-tibdil klima”, bejn l-2001 u l-2008 iżda li baqgħu qatt ma waslu għand dawk il-pajjiżi, u fuq kollox, mhux magħruf x’sar minnhom.
F’dik li kienet issejħet “Dikjarazzjoni ta’ Bonn” fl-2001, 20 pajjiż industrjalizzat. 15 minnhom tal-Unjoni Ewropea ta’ dak iż-żmien, kienu ntrabtu li jagħtu Biljun Ewro (jew $1,600Miljun) sal-2008 lill-pajjiżi qed jiżviluppaw biex jiġġieldu t-tibdil fil-klima. Iżda fil-fond tan-NU mwaqqaf għal dak l-iskop sal-lum waslu biss madwar €170 Miljun ($260 Miljun).
X’sar minnhom, allura t-830 Miljun Ewro l-oħra?
L-Unjoni Ewropea qed tgħid li sehmha ħallsitu fi trattati bilaterali mad-diversi pajjiżi sottożviluppati individwali, iżda qed tammetti li m’għandhix il-provi ta’ dan u li, fi kliem Runge-Metzger, in-negozjatur ewlieni dwar it-tibdil fil-klima tal-UE, “huwa diffiċli ħafna tgħid liema parti tal-finanzjament  tirrigwarda l-klima”.
Il-gvernijiet tal-pajjiżi industrjalizzati jsostnu li d-Dikjarazzjoni ma tobbligahomx bilfors jiddepożitaw sehmhom fil-fond tan-NU, u tippermetti li jingħataw fi ftehim bilatilaterali.
Din il-konfużjoni tkompli tħasseb lil min jinkwieta kif daqs dawn flejjes kbar allokati mill-fondi pubbliċi tal-pajjiżi industrjaliżżati, bl-iskuża tat-tibdil fil-klima, qegħdin verament jintefqu. Dan speċjalment minħabba li l-fond tan-NU skond il-Protokoll ġdid post-Kjoto (li jidher li ftehim dwaru se jkun diffiċli), qed jiġi ppjanat li jkun ta’ €100 Biljun, li l-UE qed toffri €30 Biljun minnhom bis-sehem ta’ Malta li, safejn niftakar, skond Kjoto kienet kunsidrata pajjiż li qed jiżviluppa, u mhux obbligati nnaqqsu s-CO2.

Is-Sibt, 21 ta’ Novembru 2009

L-Ebda Protokol f’Kopenħagen

IL-ĠENN DWAR IT-TIBDIL FIL-KLIMA
Ħmistax-il jum ieħor tibda tiltaqa’ konferenza oħra tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-tibdil fil-klima iżda, minkejja li hawn min qed jistenna ħwejjeġ kbar minnha, mhux biss fi tmiemha mhu se jiġi ffirmat l-ebda protokol ġdid li jieħu post dak, fallut, ta’ Kjoto biex il-gvernijiet inaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet CO2, iżda hemm dubji kbar kemm se jintlaħaq anki sempliċi ftehim li jorbot dwar miżuri b’effett immedjat lejn dak it-tnaqqis.
Nemmen li sal-lum kulħadd jaf li dawn il-miżuri n-NU qed tinsisti li jittieħdu għax, skond l-“esperti” tagħha, s-CO2 u gassijiet oħra qed isaħħnu
d-dinja tagħna b’konsegwenzi katastrofiċi, u fin-nofs hemm mdaħħla, biex ma ngħidx fis-sogru, Biljuni ta’ Ewro.
Iżda l-konsensus xjentifiku li suppost kien hemm dwar dawn it-teoriji beda dejjem aktar jinkixef li qatt fil-fatt ma eżista, għax wara li t-temperatura globali kienet għoliet b’0.7ºĊ mis-Snin ’70 sa’ dawk ’90, mill-bidu tal-Millenju din baqgħet stabbli, anzi bdiet nieżla, u ma kellhix x’taqsam mal-livelli tas-CO2 jew gassijiet serra fl-atmosfera.  Fl-istess waqt il-konsensus politiku beda jisfaxxa. Dan quddiem il-konsegwenzi diżastrużi ta’ dawk il-miżuri mhux biss fuq l-ekonomiji tal-pajjiżi li jadottawhom (anki fid-dawl tas-sitwazzjoni finanzjarja/ekonomika globali mwiergħa), iżda anki fuq l-istess ċiviltà industrjali moderna u l-istil ta’ ħajja tal-popli tagħhom.
Il-Protokol ta’ Kjoto qatt ma sata’ jirnexxi fil-miri tiegħu li l-pajjiżi industrjalizzati flimkien jnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 globali sal-2012 b’5.2% taħt il-livelli li kienu fl-1990. L-ewwelnett għax, minkejja li kien infetaħ għall-iffirmar (ratifika) fl-1997, daħal fis-seħħ biss fl-2005, meta rratifikawh il mill-inqas 55 pajjiż industrjalizzati meħtieġa skond l-istess ftehim.
Iżda ma’ dawn ma kienux ingħaqdu uħud mill-aktar pajjiżi li joħorġu CO2 minnhom bħaċ-Ċina, l-Indja, l-Istati Uniti u l-Awstralja, li ffirmat biss fl-aħħar tal-2007 malli tela’ fil-gvern il-Partit Laburista.

Il-Ġimgħa, 6 ta’ Novembru 2009

Mill-Awstrja għal Malta u l-Brażil

“38 ġurnata oħra, fis-7 ta’ Diċembru li ġej, jiltaqa’ summit kruċjali għall-futur tad-dinja tagħna kif nafuha …” – b’din is-solennità kollha opinjonista fi tmiem-ġimgħa li għaddiet bdiet artiklu f’ġurnal lokali. Kienet qed tirreferi għall-Konferenza f’Diċembru dwar it-Tibdil fil-Klima li se ssir f’Kopenħagen, u li matulha in-Nazzjonijiet Uniti qed jittamaw li jintlaħaq ftehim biex jieħu post dak magħruf bħala l-Protokol ta’ Kjoto, tal-1988.
Dak il-protokol suppost kellu jwassal biex jitnaqqas il-ħruġ tal-gassijiet serra, CO2 u oħrajn, li jingħad li qed iwasslu għat-tibdil fil-klima, li jingħad li jista’ iwassal għall-konsegwenzi katastrofiċi għall-umanità.
Dan skond l-IPCC, organizzazzjoni li twaqqfet fl-1988 min-N.U., li, kontra dak li jaħsbu ħafna, mhix waħda xjentifika, iżda  politika. Iżda nħallu dan l-argument għalissa.
Wider Two Column Modification courtesy of The Blogger Guide