Ix-xjenzat x’aktarx ta’ nisel Malti Keith Briffa, Deputat Direttur tal-Climate Research Unit (CRU) tal-East Anglia University fir-Renju Unit qed jiġi suspettat li kien hu stess li xandar l-eluf ta’ e-mails u messaġġi li kien hemm fis-server tal-istess CRU, u li wasslu għal dak li qed jissejjaħ l-iskandlu CLIMATEGATE, li jgiddeb li l-bniedem jaħti għal xi tisħin tal-globu u li jikxef li mhux veru hemm kunsens ġenerali bejn ix-xjenzjati dwar dan kollu.
Is-CRU huwa sors ewlieni ta’ riċerka għall-korp tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-tibdil fil-klima (IPCC) li ħolqot il-Protokoll fallut ta’ Kjoto b’għadd ta’ miżuri biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 suppost responsabbli għas-suppost tisħin mhux naturali tal-globu. Iżda issa nkixef li x-xjenzjati tas-CRU bagħbsu fiċ-ċifri biex jaħbu li fil-fatt it-tisħin kien wieħed naturali, u li kien hemm perjodi meta t-temperaturi niżlu u mhux għolew.
Minbarra d-direttur tas-CRU Phil Jones kien issemma wkoll Keith Briffa li fl-imgħoddi kien diġà mdaħħal f’polemika dwar riċerka qarrieqa li hu kien għamel fuq siġar fir-Russja li kien qal li dawn jippruvaw li mhux veru li l-pjaneta tagħna għaddiet fl-imgħoddi minn perjodu ta’ sħana bħal żmienna, fl-hekk imsejjaħ Medieval Warming Period.
F’e-mail minnhom Briffa kien kiteb li “Ippruvajt ħafna nibbilanċja l-bżonnijiet tax-xjenza u dawk tal-IPCC, li mhux dejjem kienu l-istess”. (għal aktar taghrif ara l-blogg tiegħi tas-26 ta’ Novembru, meta esklussivament – għal Malta – kont ħabbart dan l-iskandlu l-ewwel darba).
Iżda issa minn aktar stħarriġ li sar qed jikber is-suspett li, aktar minn xogħol ta’ hackers, dan kien xogħol xi ħadd "skrupluż" minn ġewwa, dak li bl-Ingliż jgħidulu whistleblower, u li dan sata’ kien Keith Briffa innifsu permezz tal-kuntatti li għandu fir-Russja, fejn spiċċaw l-e-mails u l-messaġġi f’file transfer protocol (FTP) server anonimu, minn fejn imbagħad ġrew mad-dinja, tal-internet, kollha.
Fil-fatt, bħalma rrapurtajt ġimgħa ilu Keith Briffa, minn wara li faqqa’ l-iskandlu la deher u lanqas instemgħa xejn, lanqas meta – qabel ma l-Università ta’ East Anglia leħqet għalqet is-sit tas-CRU – ġie kkuntattjat minni u minn, kif sirt naf, ħaddieħor f’Malta.
Iżda issa minn aktar stħarriġ li sar qed jikber is-suspett li, aktar minn xogħol ta’ hackers, dan kien xogħol xi ħadd "skrupluż" minn ġewwa, dak li bl-Ingliż jgħidulu whistleblower, u li dan sata’ kien Keith Briffa innifsu permezz tal-kuntatti li għandu fir-Russja, fejn spiċċaw l-e-mails u l-messaġġi f’file transfer protocol (FTP) server anonimu, minn fejn imbagħad ġrew mad-dinja, tal-internet, kollha.
Fil-fatt, bħalma rrapurtajt ġimgħa ilu Keith Briffa, minn wara li faqqa’ l-iskandlu la deher u lanqas instemgħa xejn, lanqas meta – qabel ma l-Università ta’ East Anglia leħqet għalqet is-sit tas-CRU – ġie kkuntattjat minni u minn, kif sirt naf, ħaddieħor f’Malta.
Barra minhekk, kurjożament, meta d-direttur tas-CRU Phil Jones kellu jirriżenja ġimgħa ilu minħabba l-iskandlu, Briffa, bħala assistent direttur, ma ħax post Jones kif suppost, iżda leħaq ħaddieħor.
Fost min qed isostni li l-whistleblower huwa Briffa hemm min qed ixebbħu ma’ bniedem li jindem, jikkonverti meta jkun qrib il-mewt, sabiex ipatti għall-ħtijietu.
Minn aktar riċerka nfatti sibt li Briffa ilu żmien twil ibati serjament bil-kliwi u li probabbilment għadu, u forsi din ukoll hija r-raġuni li ma jistax jiġi kuntattjat … u li x’aktarx wasslet għal Climategate.
Minn aktar stħarriġ tal-e-mails tas-CRU wieħed jibda jinduna li dan l-aħħar Briffa kien qed iħossu dejjem aktar skomdu u mbarazzat b’dak li kien qed isir mir-riċerki tiegħu u ta’ sħabu x-xjenzjati l-oħra fil-qasam tal-klima, u bil-pressjoni politika li kienet qed issirilhom.
Minn waħda minnhom, per eżempju nkixef li ,waqt laqgħa għall-IPCC fit-Tanżanja, dawn kienu diġà ddeċidew li joħorġu minnha bil-“provi” li tul dawn l-aħħar 1000 sena t-temperatura tal-pjaneta qatt ma kienet daqshekk għolja.
Dan kien stqarru Briffa stess f’e-mail tat-22 ta’ Settembru 1999 li fih jgħid eżattament hekk: "I know there is pressure to present a nice tidy story as regards ‘apparent unprecedented warming in a thousand years or more in the proxy data … In reality the situation is not quite so simple - I believe that the recent warmth was probably matched about 1,000 years ago".
Barra minhekk il-bużillis iżda kien li riċerka li diġà kien għamel Briffa kienet turi li lejn tmiem is-seklu li għadda t-temperatura kienet naqset mhux żdiedet.
F’Tanżanja għalhekk, waqt il-laqgħa tal-IPCC, ġie deċiż li dak it-tnaqqis jinħeba fir-rapport u l-grafiċi fit-Tielet Assessment Report tagħhom, u fir-rapport lill-WMO (World Meteorological Organization).
Ħaġa li ġiet konfremata minn e-mail ieħor, din id-darba ta’ Jones, fis-16 ta’ Novembru tal-istess sena li se nerġà inħallih bl-Ingliż apposta, u kien jgħid eżattament hekk:
I’ve just completed Mike’s Nature trick of adding in the real temps to each series for the last 20 years (ie from 1981 onwards) and from 1961 for Keith’s to hide the decline.
Fejn “Keith’s” qed jirreferi għal dak li sab Keith Briffa dwar tnaqqis fit-temperaturi, u mhux żjieda!
Il-fatt li dawn l-e mails, kif qed taraw, inaqqsu mill-ħtija ta’ Briffa, għax kienu dawk ta’ madwaru li bagħbsu fir-riżutati tal-istess riċerka tagħhom u tiegħu, ikomplu jsaħħu s-suspetti li jista’ kien hu li xandar l-e-mails u l-messaġġi ta’ Climategate. Jekk hu hekk allura Keith Briffa jista' jitqies EROJ. Nistennew aktar żviluppi.
-------------<>-------------
CLIMATEGATE f’KOPENĦAGEN
Filwaqt li l-konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Klima tidħol fit-tieni ġimgħa bi ftit ċans ta’ ftehim sostanzjali u bil-pajjiżi żviluppati jippruvaw jaqblu dwar kemm se joħorġu miljuni ta’ Ewro/Dollari biex jikkuntentaw lil dawk li għadhom qed jiżviluppaw (bħaċ-Ċina!) ħalli jgħinuhom suppost inaqqsu s-CO2, id-dubji li tnisslu mill-iskandlu ta’ Climategate jidher li qed jeffettwaw l-impenji li lesti jintrabtu bihom dawk żviluppati, għalkemm dan ma jammettuhx.
Sadattant ftit il-bogħod minn fejn qed issir din il-konferenza, saret konferenza alternattiva bl-isem ta’ Copenhagen Climate Challenge Conference, li fiha ltaqgħu grupp ta’ madwar 150 riċerkaturi dwar il-klima, li għalkemm fin-numru huma ferm iżgħar minn ‘l fuq minn 15,000 (bejn politiċi, attivisti, impjegati fiċ-ċivili u ġurnalisti li waqt is-COP 15 se jkunu responsabbli għall-ħruġ ta’ CO2 daqs kemm kellu l-Messiku fl-2006!), huma żgur aktar kwalifikati biex jitkellmu dwar il-klima.
Dan hu dak li kellhom xi jgħidu wħud mill-mistednin:
u hawn issibu l-Climate Challenge b’għaxar mistoqsijiet li għamlu lid-delegati tal-konferenza tan-NU, u t-tweġibiet li jistennew li jagħtu:
---------------<>----------------
FRODI TA’ €5000 MILJUN FIS-SUQ TAL-KARBONJU
Minbarra l-mijiet ta’ miljuni ta’ Ewro li “sparixxew” meta nagħtaw mill-Unjoni Ewropea lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw (ara l-post tiegħi tas-26 ta’ Novembru) issa faqqa’ każ serju ta’ frodi ta’ mhux inqas minn 5 Biljun Ewro, jew 5000 Miljun Ewro, permezz tas-suq tal-emissjonijiet tal-Carbon Dioxide li suppost qed jikkawżaw sħana perikoluża fid-dinja,
Il-pulizija Ingliża, wara investigazzjonijiet mill-Europol, diġà wettqu xi arresti ta’ persuni mdaħħla f’din il-frodi. Dawn kienu jixtru l-carbon credits minn climate jew energy exchanges f’pajjiżi bħal Franza, Spanja, Danimarka u l-Olanda, fejn hemm rata tal-Vat baxxa fuq dan is-suq, u jbiegħhom fir-Renju Unit fejn jiċċarġjaw bir-rata aktar għolja tal-Vat t’hemmhekk, u jżommu d-differenza għalihom.
B’hekk f’dawn l-aħħar 18-il xahar dawn daħħlu mal-5 BILJUN Ewro, u hu kkalkulat li f’ċerti pajjiżi dawn il-frodisti jikkumerċjaw 90 fil-mija tan-negozju f’dan is-suq.
Dan kollu għandu jiftaħ għajnejn min qed jinsisti li jxerred proġetti ta’ Emission Trading Schemes, jew Cap-and-Trade mad-dinja kollha biex, mingħalih, inaqqas dawn l-emissjonijiet, meta kif qed naraw, kull ma jagħmlu huwa li joħolqu suq ġdid għal imbrolji finanzjarji.
No comments:
Post a Comment