MINGĦAJR MAĠĠORANZA ASSOLUTA
Bħalma kien mistenni l-Partit taċ-ĊentruLemin, Ġustizzja u Libertà (AKP) jidher li se jkompli jiggverna għall-ħames snin li ġejjin fit-Turkija.Erdogan Prim Ministru għat-tielet darba, ma' martu, li dejjem tgħatti xuxitha b'maktur, u li minħabba f''hekk hi spiss tiġi kritikata minn ambjenti sekulari fit-Turkija |
Erdogan kien iddikjara li jekk ma jirbaħx l-elezzjoni tal-lum kien se jirriżenja, u l-istess għamel il-kap tal-Oppożizzjoni u mexxej tal-pariti Ċentru-Xellugi Repubblikan Popolari (CHP). Fil-fatt mill-ewwel riżultati li bdew ħerġin il-lejla jidher li dawn iż-żewġ partiti t-tnejn żjiedu l-voti, bit-tielet wieħed, dak lemini Azzjoni Nazzjonali (MHP) se jnaqqas bi ftit.
Minn dawn l-ewwel riżultati l-AKP kiseb 50% tal-voti u 327 siġġu fil-Parlament, li jfisser madwar 40 siġġu inqas milli ħtieġ biex jemenda l-kostituzzjoni mingħajr appoġġ minn ebda partit ieħor, u erba' inqas bie setgħa jpoġġi f'referendum l-istess emendi, ħaġa li qabel l-elezzjoni sata' jagħmel.
Iċ-CHP żjied il-persentaġġ għal 26% u 135 siġġu, filwaqt li l-MHP naqqas il-voti għal 13% biex se jikseb 54 siġġu. Il-partit tal-minoranza Kurda BDP grazzi għal kandidati li kkontestaw bħala indipendenti jistà jikseb 34 siġġu.
Huwa tajjeb għalhekk li biex isiru emendi fl-aktar dokument importanti f'demokrazija, Erdogan se jkollu jikkonvinċi partit oħra, għax hemm min, bħali, jħares b'ansjetà lejn il-pjanijiet ta' Erdogan għall-kostituzzjoni. Avolja biex ngħidu kollox, matul il-kampanja elettorali l-partiti kollha wiegħdu kostituzzjoni ġdida u aktar demokratika minn dik preżenti, li kienet tfasslet u ġiet adottata sentejn wara l-kolp ta' stat devastanti tal-1980.
No comments:
Post a Comment