IKOMPLU JISFIDAW U JIPPROVOKAW
Aktar ma jgħaddu s-sigħat mill-inċident tat-Tnejn filgħodu kmieni 'l barra mill-istrixxa ta' Gaża, aktar qed jidher ċar li l-operazzjoni tas-suppost "għajnuna umanitarja" ma kienet xejn għajr pjan maħsub biex jiġu sfidati u provokati l-qawwiet militari u navali ta' Iżrael.Tant hu hekk li minkejja dak li ġara meta l-bastiment filo-Palestinjani ppruvaw jkissru l-imblokk ta' Gaża – biex jiġi żgurat li ma tasalx għajnuna militari lit-terroristi tal-Ħamas – proprju minn pajjiżna, wara waqfa hawnhekk, telaq bastiment ieħor bl-iskop dikjarat li jerġà jipprova jikser dak l-istess imblokk, bit-tama li jerġà ikun hemm l-istess konsegwenzi. Dan mistenni jasal qrib Gaża nhar is-Sibt filgħodu.
Sadattant fil-media internazzjonali qed tkompli l-polemika dwar dak li verament ġara.
Araw x'kellu xi jgħid espert navali Ingliż fil-kontro-terrorizmu waqt intervista fuq Channel 4:
Araw ukoll dan il-filmat dwar ir-reġim radikali Islamiku li qed jaħkem lill-poplu ta' Gaża, il-Ħamas ta' Ismail Haniyeh, dikjarat minn-Nazzjonijiet Uniti u minn Amnesty International bħala organizzazzjoni terroristika, li qed jiġi mgħejjun mill-Iran u minn dik l-istess IHH Torka li qed torganizza dawn il-flotot hekk imsejħa ta' "għajnuna umanitarja għall-Gaża" – tant li fuq il-Mavi Marmara nstabu flejjes kbar lesti biex jgħadduhom lill-Ħamas.
Aqraw ukoll dan il-kummentarju bilanċjat pubblikat illum fis-sit ta' Rassmussen Reports:
BEFORE YOU BEAT UP ISRAEL
>
... u araw dan id-dibattitu qasir fuq FOX-NEWS:
No comments:
Post a Comment