DAQQA TA' ĦARTA GĦAX-XELLUG FIS-SLOVAKKJA
Minkejja li reġgħu irriżultaw l-ikbar partit, is-SoċjalDemokratiċi fis-Slovakkja mhumiex se jkomplu jiggvernaw għax minflokom mistennija jkun hemm koalizzjoniu magħmula minn partiti taċ-ċentru u tal-lemin, li bejnithom issa għandhom maġġoranza ta' voti u siġġijiet fil-parlament.B'hekk, għal darb'oħra x-xellug fl-Ewropa, mhux fis-Slovakkja biss, sofra daqqa ta' ħarta, disfatta oħra sabiex it-tebgħa l-ħamra ta' gvernijiet immexxija mix-xellug qed dejjem tiċkin.
Għalkemm is-Soċjaldemokratiċi Slovakki żjiedu l-persentaġġi u s-siġġijiet, iċ-Ċentru-Lemin żjied aktar minnu.
Infatti bejnithom dawn il-ħames partiti żjiedu 9.1% biex kisbu 49.2% tal-voti kontra l-34.8%% li kisbu s-Soċjaldemokratiċi u l-4.3% tal-partit xellugi LS-HZDS (li però ma rebaħ l-ebda siġġu), b'kollox 39.1%. Jiġifieri ċ-Ċentru-Lemin għadda .lix-Xellug b'aktar minn 10 fil-mija.
L-istess f'dawk li huma siġġijiet s-SoċjalDemokratiċi tas-SMER-SD issa għandhom 62 siġġu, iżda biex jiggvernaw riedu jtellgħu 76 deputat fil-parlament ta' 150. Qabel kellhom 50 siġġu, iżda setgħu jiggvernaw għax ingħaqdu magħhom l-LS-HZDS (li issa s-SoċjalDemokratiċi prattikament ħadulhom s-siġġijiet) u n-Nazzjonalisti tal-SNS, li però issa naqqsu s-siġġijiet minn 20 għal 9 biss.
Fuq iċ-Ċentru-Lemin mill-banda l-oħra nsibu li filwaqt li l-Unjoni Demokratika u Kristjana Slovakkla (SDKU-DS) naqsu bi 3% u tlett siġġijiet, l-ikbar rebbieħ irriżulta l-partit Konservattiv-Liberali Ewroxettiku 'Libertà u Solidarjetà' (SAS) li twaqqaf is-sena l-oħra u ġab 12.1% tal-voti u rebaħ 22 siġġu.
Partit ieħor li, l-istess bħall-SDKU-DS hu memnbru fil-Partit Popolari Ewropew (PPE) u l-Internazzjonali Demokratika Ċentrista (IDĊ) hija d-Demokrazija Kristjana (KDH) li issa għandha 15-il siġġu u 8.5%.
Ma' dawn kollha l-Kap tal-SDKU-DS Iveta Radicova (ritratt) bdiet taħditiet biex tifforma gvern li analisti jħossu li minħabba l-omoġenjetà tagħhom, għandhom aktar ċans jaqblu dwar programm li, l-ewwel ħaġa li jrid jagħmel hija li jnaqqsu d-defiċit fil-baġit li qabeż is-6.8% ta-prodott gross domestiku.
No comments:
Post a Comment