GVERN IEĦOR TAĊ-ĊENTRU-LEMIN FIL-LATVJA
Bħalma kien mistenni l-poplu tal-Latvja reġà ta maġġoranza ta' voti u siġġijiet lill-partiti taċ-Ċentru-Lemin biex dawn issa jistgħu ikomplu jsaħħu r-rimonta ekonomika-finanzjarja li permezz tagħha l-pajjiż ma kellux bżonn ta' għajnuna mill-Fond Monetarju Internazzjonali.Il-Prim Ministru Valdis Dombrovskis u l-eks President tar-Repubblika Valdis Zatler li kiseb suċċess kbir bil-Partit tar-Riforma li waqqaf biss f'Lulju li għadda |
Il-partit l-ieħor li kien fil-koalizzjoni governattiva, dak tal-Ħodor u l-Bdiewa tilef voti u siġġijiet biex issa għandu 12.2% tal-voti u 13-il siġġu.
Dan ifisser li issa ċ-Ċentru-Lemin għandu 51.8% tal-voti u 55 siġġu mill-100 fil-parlament Latvjan. Dan għax wieħed jeskludi li Zatler jistà qatt jappoġġja jew jagħti lok għall-gvern immexxi mill-Armonija li tinkludi fiha lill-Komunisti.
Qabel temm il-kariga tiegħu Zatler kien ressaq referendum fejn il-poplu qabel miegħu (Zatler) li xolja l-parlament u ssir l-elezzjoni bikrija, minħabba li l-parlament ma kienx neħħa l-immunità lil deputat tal-oppożizzjoni biex ikun jistà jiġi investigat fuq korruzzjoni.
Barra minhekk l-alleanza leminija "Alleanza Nazzjonali għal Latvja" ħarġet l-ikbar rebbieħa għax żjiedet l-voti għal 13.9% u rebħet 14-il siġġu.
Bħalissa qed isiru n-negozjati biex jiġi ffurmat il-gvern il-ġdid.
... U GVERN INĊERT FID-DANIMARKA
Minkejja li media internazzjonali u anki lokali, għamlitha fatta li d-Danimarka se jkollha l-ewwel prim ministru mara u ċentru-xellugija għax, l-Alleanza l-Ħamra kisbet l-ikbar maġġoranza ta' voti u siġġijiet, il-formazzjoni ta' gvern ġdid mhix daqstant ħaġa faċli.Fil-fatt il-partit tal-Prim Ministru Rasmussen, dak Liberali gġadu likbar partit fil-pajjiż b'26.7% tal-voti u zjied siġġu għal 47 mill-175 siġġu fil-parlament, filwaqt li dak Soċjaldemokratiku ta' Helle Thorning-Schmidt għandu 44 siġġu (wieħed inqas) u 24.9% tal-voti.
L-Alleanza Ħamra veru kisbet 50.2% tal-voti u 89 , iżda din l-alleanza mhix waħda omoġenja għax minbarra dak Soċjaldemokratiku, hemm dak Soċjal-Liberali, dak Soċjalista tal-Poplu li naqqas 7 siġġijiet għal 16, u l-Alleanza Ħamra-Ħadra.
Is-Soċjal-Liberali huma favur politika ekonomika liberali, u waqt il-kampanja elettorali għamluha ċara li ma jridux lis-Soċjalisti jkollhom rwol qawwi fil-gvern. Infatti l-Ħadd li għadda Marianne Jelved, l-eks kap tas-SoċjalLiberali wissiet lis-Soċjaldemokratiċi li mhux se jappoġġjaw lill-gvern eventwali jekk jipprova jwaqqaf ir-riformi fis-sistema tal-qagħad li s-SoċjalLiberali kienu vvutaw favurihom. Barra minhekk il-partiti fil-blokk l-aħmar ma jaqblux dwar kwistjonijiet ewlenin bħar-riforma tal-pensjoni, l-immigrazzjoni, it-tassazzjoni u l-politika ekonomika.
Il-pjan ta' Thorning-Schmidt li żżied in-nefqa tal-gvern, it-taxxi, u żżid ukoll is-sigħat tax-xogħol tal-ħaddiema b'siegħa fil-ġimgħa żgur, se jsib oppożiżżjoni fi ħdan l-alleanza.
Anki jekk jirnexxikha tifforma gvern, b'maġġoranza minima ta' ħames siġġijiet, Thorning-Schmidt tiddependi ħafna mill-erba' siġġijiet li nħatru mill-eletturi tal-gżejjer Faroe u Greenland.
No comments:
Post a Comment