Berlusconi IKABBAR l-Appoġġ fil-Parlament
Wara Sajf ta' battibekki bejn il-Prim Ministru u Kap tal-Popolo della Libertà Silvio Berlusconi u li-Speaker u ko-fundatur tal-istess partit Gianfranco Fini (li sadattant waqqaf grupp separat fil-Parlament), li wasslu biex diversi osservaturi (mhux dejjem imparzjali) bassru li l-gvern tiegħu wasal biex jaqa', il-lejla fis-7.30 tħabbar li l-Kamra tad-Deputati mhux biss ivvutat il-fiduċja fil-gvern Ċentru-Lemini ta' Berlusconi, iżda kabbritlu l-maġġoranza.Infatti r-riżultat FINALI (wara li żewġ deputati tal-gvern, u ieħor tal-oppożiżżjoni li ma laħqux ivvutaw talbu li jiżdiedu l-voti tagħhom: l-ewwel tnejn favur il-gvern, u l-ieħor kontra) kien dan:
Favur il-gvern: 344; Kontra: 276; Asjenew: 3
Bit-344 li vvutaw favur il-gvern Berlusconi mhux biss kiseb ferm aktar milli kellu bżonn, talli ŻJIED il-maġġoranza b'9 voti fil-parlament, għax meta ttieħed il-vot ta' fiduċja fl-2008 wara li ċ-Ċentru-Lemin rebah l-elezzjoni kienu 335 li vvutaw favur il-gvern. Rigal mill-isbaħ għall-birthday, illum, ta' Berlusconi.Sabiex jgħaddi l-vot ta' fiduċja l-gvern ried jikseb mill-inqas 309 vot.
Immedjatament analisti innutaw li ma jistgħux jimmaġinaw li issa jkun hemm xi ħadd minn fost id-deputati li saħħew il-fiduċja fil-gvern li jibda jikkritika lill-gvern pubblikament minflok ma jiddibatti fl-istrutturi apposta fi ħdan l-alleanza tal-partiti fil-gvern.
No comments:
Post a Comment