I L - V A G A N Z I T - T A J B A L I L K U L Ħ A D D !
Bħal kull Sajf ippermettuli nieħu xi ġimgħat ta' mistrieħ minħabba li f'dan iż-żmien li ġej qajla jkun hemm elezzjonijiet jew avvenimenti politiċi fix-xena internazzjonali ta' xi importanza kbira. Dejjem jekk ma jkunx hemm xi ħaġa straordinarju, nerġà inkun magħkom b'mod regolari f'Settembru. Nawguralkom vaganzi ta' mistrieħ!
--------------------------------------------------------------------------------------
Fil-ġimgħat li għaddew ma stajtx inkun magħkom regolarment minħabba pressjoni ta' xogħol bi tħejjija għax-xhur li ġejjin. Se nipprova għalhekk nagħmel rikapitulazzjoni ta' xi avvenimenti li seħħew f'dawn l-aħħar xahrejn.
IR-RITORN TA' SILVIO BERLUSCONI
L-aktar aħbar riċenti sakemm qed nikteb hija żgur dik li l-eks Prim Ministru Taljan Silvio Berlusconi mistenni jerġà jirritorna fiċ-ċentru politiku ta' pajjiżu bi tħejjija għall-elezzjoni ġenerali li mistennija ssir kmieni s-sena d-dieħla, x'aktar fix-xahar ta' Marzu.
Li ħajru, anzi jidher li kkonvinċih jagħmel dan il-pass – wara li kien warrab minn Prim Ministru f'Novembru meta kien għad għandu maġġoranza fil-parlament, u għalhekk jiena kont ktibt li ma qbiltx miegħu f'dak il-pass li ħa – kien stħarriġ tal-opinjoni pubblika li wera li jekk hu jerġà imexxi mill-ġdid moviment taċ-ĊentruLemin, fl-elezzjoni dan joħroġ rebbieħ b'bejn 28% u 30%. Barra minhekk kienu ħafna dawk li ħajruh jagħmel dan il-pass.
Għalhekk qed jingħad li Berlusconi mistenni jqatta' s-Sajf jorganizza u jġedded il-partit tiegħu li se jinbidillu ismu u s-simbolu. Angelino Alfano, però. mistenni jibqà xorta waħda segretarju tal-partit.
FIL-LIBJA JIRBĦU l-QAWWIET MODERATI
Aħbar oħra tajba ġejja mill-pajjiż l-iepor l-aktar qribna fil-Mediterran, il-Libja.
Wara r-rivoluzzjoni popolari li tajret lid-dittatur Gaddafi u lir-reġim tiegħu, il-poplu mar jivvota fl-ewwel elezzjonijiet ħielsa f'aktar minn 40 sena, u kontra l-biżà li kien hemm li anki f'dan il-pajjiz Għarbi, bħal per eżempju fl-Eġittu, l-elezzjoni trebbaħ lill-Islamisiti, il-Libjani jidher li taw maġġoranza lil alleanza moderata bl-isem ta' Alleanza tal-Qawwiet Nazzjonali, immexxija mill-prim ministru provviżorju attwali Maħmud Ġibril, b'taħlita ta' liberalimu nazzjonaliżmu.
SEJBA XJENTIFIKA IMPORTANTISSIMA GĦALL-BNIEDEM
Wara xhur ta' stennija x-xjenzati taċ-ĊERN (Ċentru tal-Organizzazzjoni Ewropea tar-Riċerka Nukleari) fl-Isvizzra ħabbru li identifkaw u sabu l-partiċella Higgs Boson li hija importanti għall-bidu, l-oriġini tal-Univers, tal-istess ħajja tal-bniedem, u li għalhekk spiss tissejjaħ "il-partiċella t'Alla".
Iżda d-Direttur Ġenerali taċ-ĊERN Rolf-Dieter Heur ammetta li "neħtieġu aktar kolliżjonijiet fil-Large Hadron Collider (LHC) matul is-sena d-dieħla sabiex ikollna tweġiba definittiva għall-mistoqsja Shakespearjana 'To be or not to be', imma nemmen li għamilna progress tajjeb."
Il-partiċella hija maħsuba li tgħin tagħti l-massa lill-materja kollha fl-univers.
Nistennew bil-ħerqa aktar progress.
Nistennew bil-ħerqa aktar progress.
MESSIKU: LEJN KOMPROMESS MAT-TRAFFIKANTI TAD-DROGA
Bħalma bassru diversi opinion polls fil-Messiku f'elezzjoni dominata l-aktar mill-problema tal-vjolenza marbuta mat-traffikar tad-droga, ħareġ rebbieħ il-Partido Revolucionario Institucional (PRI) immexxi minn Pena Nieto .
Għalkemm mistennija, r-rebħa tal-PRI kienet sorpriża għall-osservaturi barranin, minħabba li l-PRI sas-sena 2000 kien ħakem il-pajjiż b'dittatura, b'taħlita ta' soċjaliżmu u nazzjonaliżmu.
Iżda mill-banda l-oħra jidher li l-Messikani ftakru li tul il-ħakma tal-PRI, fil-pajjiż, għalkemm kien hemm traffikar ta' droga mhux ftit, din kienet 'esportata' u traffikata barra l-pajjiż, għax l-atteġġjament tad-diversi presidenti u gvernijiet tar-reġim tal-PRI kien "biegħu u esportaw kemm tridu fl-Amerika ta' fuq, basta fil-pajjiż ma jkunx hawn vjolenza, u ma xxerduhix fost iż-żgħażagħ Messikani"! U hekk se jerġà jipprova jagħmel.
Għalkemm mistennija, r-rebħa tal-PRI kienet sorpriża għall-osservaturi barranin, minħabba li l-PRI sas-sena 2000 kien ħakem il-pajjiż b'dittatura, b'taħlita ta' soċjaliżmu u nazzjonaliżmu.
Iżda mill-banda l-oħra jidher li l-Messikani ftakru li tul il-ħakma tal-PRI, fil-pajjiż, għalkemm kien hemm traffikar ta' droga mhux ftit, din kienet 'esportata' u traffikata barra l-pajjiż, għax l-atteġġjament tad-diversi presidenti u gvernijiet tar-reġim tal-PRI kien "biegħu u esportaw kemm tridu fl-Amerika ta' fuq, basta fil-pajjiż ma jkunx hawn vjolenza, u ma xxerduhix fost iż-żgħażagħ Messikani"! U hekk se jerġà jipprova jagħmel.