It-Tnejn, 4 ta’ Lulju 2011

Ċentru-Lemin fit-Tajlandja Wkoll

BI ĦĠARHOM WARA BERLUSCONI TAL-ASJA
Yingluck Shinawatra tirringrazzja lill-partitarji f'isem missierha 
Bħalma kien mistenni l-partiti Ċentru-Lemini Phue Thai (PPP) kiseb maġġoranza assoluta ta' siġġijiet fit-Tajlandja. Il-partit mmexxi minn oħt l-eks prim ministru popolari Thaksin Shinawatra, Yingluck, infatti rebaħ 265 siġġu mill-500 fil-parlament Tajlandiż. Il-partitmribali, dak Demokratiku li tpoġġa fil-gvern wara kolp ta' stat militari appoġġjat mill-elit tal-pajjiżi u l-familja rjali, kiseb biss 162.
Yingluck ddikjrat li din mhix ir-rebħa tagħha jew tal-Phue Thai biss, iżda tal-poplu, tat-Tajlandja kollha u li l-ewwel prijorità tagħha se tkun ir-rikonċiljazzjoni.
Għaldaqstant mhix mistennija tinsisti mill-ewwel li ħuha jkun jistà jirritorna pajjiżi minħabba reazzjoni mill-awtoritajiet li l-persekuzzjoni tagħhom kienet wasslet biex hu kellu jeżilja ruħu u bħalissa qed jgħix f'Dubaj.
Minkejja dan l-popolarità tiegħu mhux talli naqset, anzi żdiedet, u dan reġà ġie konfermat mir-rebħa ta' oħtu f'partit ġdid li hu l-werriet mhux uffiċjali tat-Thai Rak Thai ta' Thaksin.
Sadattant, filwaqt li l-Partit Demokratiku kkonċeda t-telfa, il-militar aċċetta wkoll ir-riżultat.


Thaksin Shinawatra
---------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------

IL-VAGANZI T-TAJBA!


Minħabba li  matul l-eqqel ġimgħat tas-Sajf  l-avvenimenti politiċi fix-xena 
internazzjonali jonqsu, u elezzjonijiet rari jsiru, il-posts tiegħi għall-ġimgħat li ġejjin se jonqsu wkoll. 
Dejjem jekk ma jkunx hemm xi avveniment straordinarju.
Nerġà inkun magħkom b'mod regolari f'Settembru. 

Nawguralkom vaganzi ta' mistrieħ
Wider Two Column Modification courtesy of The Blogger Guide